Imbottatura ta’ €100 miljun għall-infrastruttura soċjali
Il-programm għall-iffinanzjar tal-Unjoni Ewropea għax-Xogħol u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) se jirċievi €100 miljun għall-iskema ta’ Garanzija tiegħu mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI). L-EFSI hi inizjattiva mnedija b’mod konġunt mill-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, sabiex tkun megħluba d-diskrepanza preżenti dwar l-investiment fl-UE.
Marianne Thyssen, il-Kummissarju għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobbilta’ tax-Xogħol, stqarret: “Iż-żieda fil-fondi mistennija li timmobilizza madwar €1.9 miljun sabiex l-imprendituri ż-żgħar ikunu finanzjati, partikularment gruppi vulnerablli bħal dawk qiegħda, iż-żgħażagħ u l-immigranti, kif ukoll l-intrapriżi soċjali.”
Task Force ta’ Livell Għoli dwar ‘L-Investiment fl-infrastruttura soċjali fl-Ewropa’ twaqqfet f’Jannar 2017 sabiex issir riċerka fuq it-temi prinċipali li jenfasizzaw l-infrastruttura soċjali. Fit-23 ta’ Jannar 2018, it-Task Force immexxija minn Romano Prodi, l-eks President tal-Kummissjoni Ewropea u Christian Sautter, l-eks Ministru Franċiż, ippreżentat ir-rapport tagħha quddiem il-Kummissjoni fil-preżenza tal-Viċi President Katainen.
Ir-rapport jargumenta li “imbottatura kbira hi meħtieġa fl-investiment tal-infrastruttura soċjali għal perijodu fit-tul”, filwaqt li jinnota li “tali ħtiġiet iridu jikkunsidraw bidliet għall-ġejjieni fil-mudelli soċjali Ewropej”