Għal ħafna nies, id-dar tfisser refuġju, post għall-kenn fejn tħossok sikur u ħieles. Post fejn il-ħajja privata tagħna hija sagra u fejn  l-istat m’għandu ebda dritt jindaħal. Imma għall-vittmi tal-vjolenza domestika, id-dar tfisser biss l-oppost: sors ta’ stress u taqlib. L-istat għandu  d-dmir li jgħinhom. 
Il-vjolenza domestika, diretta l-aktar kontra n-nisa minn żwieġhom jew  mill-partners tagħhom, hi epidemija ta’ proporzjonijiet globali li tħalli effetti fiżiċi, emozzjonali, finanzjarji u soċjali fuq in-nisa, it-tfal, il-familja u l-komunita’. 
Kritika għall-isforzi biex tiġi miġġielda l-vjolenza domestika, kienet ir-rikonoxximent dejjem akbar tal-vjolenza domestika bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa. 
Il-konsegwenzi tal-vjolenza domestika, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika, huma tant devastanti li xi wħud iqisuhom bħala forma ta ‘tortura’. Il-vjolenza domestika taffettwa mhux biss in-nisa msawta u t-tfal tagħhom, iżda wkoll il-komunità sħiħa. Minħabba l-prevalenza u l-persistenza tal-vjolenza domestika fi kważi kull parti tad-dinja, il-komunitajiet għandhom jirreaġixxu bi strateġija komprensiva li tinkorpora appoġġ pubbliku, riforma legali u edukazzjoni biex il-problema tkun miġġielda. 
F’konferenza tal-aħbarijiet, li saret fil-jiem li għaddew, il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) ħabbret, fost oħrajn, li matul l-2017 kien hemm 253 vittma ta’ vjolenza  domestika aktar mill-2016 li fittxew u sabu l-għajnuna. 
Voice of  the Workers sab li l-vjolenza domestika ma titwettaqx biss kontra n-nisa, imma qed ikun hemm każi ta’ vjolenza domestika f’relazzjonijiet bejn koppji tal-istess sess u f’relazzjonijiet b’koppji barranin. 
Il-FSWS tisħaq fuq li tisħaq dwar l-importanza li anki dawn il-vittmi għandhom jersqu u jirrikorru għas-servizzi mogħtija mill-entitajiet soċjali.   
L-agħar każ ta’ vjolenza domestika huwa meta jkun hemm riskji kbar li l-aggressur saħansitra joqtol lill-persuna, tant li jżomm armi d-dar apposta. Barra minn hekk qed jiżdiedu r-rapporti ta’ vjolenza domestika minn tfal fuq il-ġenituri tagħhom.  
Dan il-portal jesiġi li minn iwettaq l-att vjolenti għandu jeħel piena xierqa li tirrifletti l-gravita’ ta’ din  il-vjolenza. Barra minn hekk, l-impenn politiku għandu jkun akbar, b’liġijiet aktar ħorox fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika.