Qafas ġdid ta’ ċertifikazzjoni għal apparat tal-komunikazzjoni, flimkien ma’ rwol iżjed b’saħħtu għall-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurta’ fuq l-Internet, kien appoġġjat mill-Ewro Parlamentari fi ħdan il-Kumitat tal-Industrija dan l-aħħar. 

L-Iskema tal-UE dwar is-sigurta’ fuq l-internet se tiċċertifika li prodott tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), proċess jew servizz ma jkollu ebda nuqqas waqt il-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni u li jikkonforma mal-livelli internazzjonali u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. 

Il-qafas taċ-ċertfikazzjoni tas-sigurta’ fuq l-internet 

  • Iċ-ċertifikazzjoni se tkun volontarja u, fejn hu meħtieġ, mandatorja filwaqt li se tassigura: 
  • Kunfidenzjalita’, integrita’, disponibbilta’ u  privatezza tas-servizzi, funzjonijiet u data; 
  • Li s-servizzi, funzjonijiet u d-data jistgħu jinkisbu u wżati biss minn persuni awtorizzati u/jew sistemi u programmi awtorizzati; 
  • Li l-proċessi jkunu f’posthom biex jidentifikaw xi nuqqasijiet u jittrattaw oħrajn ġodda; 
  • Li  l-prodotti, proċessi jew servizzi huma disinjati biex ikunu sikuri u li jkunu mgħammra b’software aġġornat mingħajr ebda intopp; 
  • Li r-riskji l-oħrajn marbutin ma’ inċidenti fuq l-internet, bħalma huma r-riskji ta’ ħajja jew saħħa, ikunu minimizzati.