Il-qawwa tal-Parlament Ewropew
Hekk kif hu l-uniku istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea elett direttament, il-Parlament Ewropew jinsab fil-qalba tad-demokrazija rappreżentattiva, il-pedament li fuqha hija mibnija l-UE. Mit-twaqqif tiegħu, il-qawwa u l-influwenza tal-Parlament evolvew b’mod sinifikattiv, u ttrasformawh f’korp leġislattiv, forum tad-diskussjoni u kuntatt, fejn l-influwenza tiegħu tinħass virtwalment fl-oqsma kollha tal-attivita’ Ewropea.
L-ewwel nett, il-Parlament iwettaq dak li ħafna parlamenti jagħmlu – jaddotta l-leġislazzjoni, l-aktar flimkien mar-rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri (il-Kunsill). In-numru ta’ oqsma li fihom il-Parlament jikkoleġisla mal-Kunsill espanda ħafna maż-żmien, u issa jinkludu policies li jolqtu s-suq intern tal-UE, l-ambjent, il-ħarsien tal-konsumatur, is-sigurta’ fl-ikel, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, il-politika ta’ koeżjoni, it-trasport, l-enerġija u ħafna oħrajn.
It-tfassil tal-liġijiet huwa wkoll dwar l-azzjoni internazzjonali. Meta l-UE tidħol fi ftehim internazzjonali ma’ pajjiż terz, per eżempju, il-Parlament irid jagħti l-kunsens tiegħu. Imbagħad, il-Parlament għandu s-setgħa fuq il-budget tal-UE. Din is-setgħa hi wkoll maqsuma bejn il-Kunsill, u sa fejn hu jvarja skont l-aspetti differenti tas-sistema finanzjarja. Ir-rwol tiegħu huwa inqas żviluppat meta jiġi biex jiddeċiedi fuq l-aspett finanzjarju tal-budget (is-sistema tar-riżorsi tagħha), iktar b’saħħtu fl-għamla tal-prijoritajiet tal-infiq fit-tul tal-UE inklużi fil-qafas finanzjarju multi-annwali, u iktar b’saħħtu fil-kuntest tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-implimentazzjoni tal-budget, magħruf bħala d-discharge procedure.
Il-Parlament iddeċieda dwar il-budget annwali tal-UE bi qbil mal-Kunsill. Sett importanti ieħor tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew jikkonċerna l-iskrutinju u l-kontroll tal-eżekuttiv, jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea. Dan tal-aħħar jirrapporta regolarment lill-Parlament u jinformah bl-attivitajiet tiegħu kif ukoll jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari. Madankollu, il-Parlament għandu rwol kruċjali fil-proċess tal-ħatra u t-tkeċċija tal-Kummissjoni.
Il-Parlament jibqa’ impenjat bi sħiħ biex jirrepeti u jikkonsolida l-proċess fl-2019, u ħafna partiti politiċi Ewropej għażlu l-kandidati prinċipali għall-pożizzjoni tal-President li jmiss tal-Kummissjoni. Wara l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni, u wara s-smigħ parlamentari mal-Kummissarji nominati individwali, il-kulleġġ tal-Kummissarji b’mod sħiħ irid ikun approvat mill-Parlament qabel ma jibda jiffunzjona. Il-Kummissjoni l-ġdida toffri opportunita’ kbira lill-Parlament sabiex isawwar l-aġenda tal-Kummissjoni għall-ħames snin li ġejjin (2019-24).