F’dawn l-aħħar snin, l-UE għamlitha bħala l-missjoni tagħha li tnaqqas id-diskrepanzi bejn  is-sessi tul l-istati membri kollha tal-UE. B’riżultat tax-xogħol tagħha, l-UE għamlet suċċess billi naqqset id-diskrepanza bejn is-sessi fix-xogħol tul l-Ewropa bi 11.5 fil-mija. Minkejja dan, id-diskrepanza fil-paga bejn is-sessi baqgħet l-istess b’perċentwal ta’ 16.2 fil-mija. Il-Kummissjoni identifikat li biex id-diskrepanza bejn is-sessi titnaqqas huwa importanti li ntejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. 

Permezz ta’ sejħa għal proposti dwar “l-għeluq tad-diskrepanzi bejn is-sessi fuq iċ-ċiklu tal-ħajja – bilanċ bejn ix-xogħol u  l-ħajja għan-nisa u  l-irġiel – qsim aħjar tal-kura” iffinanzjata permezz tal-programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, l-UE qed tiffinanzja attivitajiet li: 

  • Jindirizzaw sterjotipi negattivi bejn is-sessi rigward il-kura; 
  • Attivitajiet li  jqajmu kuxjenza; 
  • Skambju tal-aħjar prattiċi; u  
  • Il-bini tal-kapaċita’ għall-awtoritajiet 

Applikanti eliġibbli huma ristretti għall-awtorita’ nazzjonali responsabbli mill-politika fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi jew il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. L-applikazzjoni tista’ tinvolvi organizzazzjoni waħda jew diversi organizzazzjonijiet filwaqt li l-għotja mitluba ma tistax tkun inqas minn €100,000 filwaqt li m’hemm ebda limitu massimu. 

Id-data tal-għeluq għal din is-sejħa hi t-13 ta’ Ġunju 2019. 

Jekk ikollok bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar din is-sejħa għall-fondi, jekk jogħġbok żur il-website meusac.gov.mt jew ċempel fuq 22003300.