Il-preparazzjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
Wara d-diversi dibattiti u dikjarazzjonijiet ta’ prinċipji dwar il-futur tal-Ewropa tas-snin riċenti, wasal iż-żmien għal riflessjoni iżjed strutturata dwar il-futur tal-iżvilupp tal-Ewropa.
Il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola von der Leyen wiegħdet li tistabbilixxi Konferenza dwar il-Futur ta’ Ewropa, fi sforz biex tagħti impuls ġdid lil kostruzzjoni Ewropea u biex l-Ewropa tkun eqreb maċ-ċittadini.
F’dan l-istadju, dettalji ta’ din l-inizjattiva għad iridu jiġu diskussi. Għal Dubravka Suica, il-Kummissarju li se tieħu ħsieb dan il-proċess, l-inklużjoni tal-vuċijiet taċ-ċittadini kollha se tkun karatteristika essenzjali tal-Konferenza.
Madankollu, l-assigurazzjoni biex iċ-ċittadini Ewropej jkunu rappreżentati sewwa trid tkun iċċarata. Skont von der Leyen, it-tħejjija tal-Konferenza, se ssegwi tliet passi: l-ewwel, l-elaborazzjoni tal-kunċett, struttura, iż-żmien u l-iskop mal-Parlament u l-Kunsill; imbagħad, id-disinn ta’ mezz biex jassigura li ċ-ċittadini jipparteċipaw kemm jistgħu, inkluż billi jrawwmu l-parteċipazzjoni fuq l-internet fost iż-żgħażagħ; u l-aħħar, li jkun ċert biex ikun hemm kontinwazzjoni xierqa li tkun provduta skont l-azzjonijiet maqbula fil-Konferenza.
Il-Parlament ħoloq working group biex jikkontribwixxi għad-disinn tal-Konferenza, partikularment fuq l-istruttura tagħha, bit-tir li jittieħed vot fil-Plenarja. Il-Kumitat tal-Parlament dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali (AFCO) nieda wkoll diskussjonijiet, li jikkonfermaw il-ħerqa tal-Parlament u l-korpi politiċi tiegħu biex ikollhom parti attiva mill-bidu ta’ dan il-proċess.
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa għandha tkun opportunità eċċellenti biex ikun hemm dibattitu iżjed strutturat, bl-intenzjoni li jinstabu proposti konkreti sabiex jittejjeb il-mod kif taħdem l-UE mhux biss f’termini ta’ dinamiċi istituzzjonali, imma wkoll tal-policies tagħha.