Il-parti finanzjarja tal-MEUSAC
Ir-rwol tal-MEUSAC fil-finanzi huwa wieħed differenti li jinkorpora numru ta’ elementi differenti. Waħda mill-funzjonijiet ewlenin tat-taqsima tal-finanzi fi ħdan il-MEUSAC hi dik li tipprovdi tagħrif lill-partijiet interessati u lil individwi fuq il-programmi differenti dwar il-fondi u l-opportunitajiet disponibbli. Barra minn hekk, il-MEUSAC jipprovdi wkoll għajnuna lill-NGOs u lill-Kunsilli Lokali fid-disinjar ta’ proġetti u wkoll fit-tfassil tal-formoli tal-applikazzjoni.
F’dan ir-rigward il-MEUSAC kienet suċċess, fejn s’issa dawk l-organizzazzjonijiet li ġew megħjuna mill-MEUSAC kienu kapaċi jissottomettu 419-il applikazzjoni u ngħataw €49,083,717 f’fondi. Il-MEUSAC assista lill-kunsilli lokali fis-sottomissjoni ta’ 156 applikazzjoni b’suċċess filwaqt li l-NGOs u entitajiet tal-Gvern kienu kapaċi jissottomettu 219 u 44 applikazzjoni b’suċċess rispettivament.
Matul is-snin, il-MEUSAC assista organizzazzjonijiet biex japplikaw għal firxa wiesgħa ta’ programmi differenti għall-fondi kemm ta’ natura ċentralizzata kif ukoll ta’ natura deċentralizzata. Dan jista’ jintwera fis-suċċess miksub dan l-aħħar meta l-MEUSAC għen lill-Korp tal-Pulizija u lid-Dipartiment tad-Dwana biex japplikaw għall-fondi permezz tal-programm Hercule III.
Jekk trid aktar informazzjoni dwar il-fondi tal-UE, żur is-sit meusac.gov.mt jew ċempel fuq 2200 3300.