Wara l-arrest ta’ Carola Racketeil-kaptan tal-bastiment ta’ salvataġġ Sea Watch 3, li kien imxandar madwar id-dinja, iċ-ċittadini Ewropej malajr ġabru aktar minn  €1 miljun għall-ispejjeż legali fid-difiża tas-Sea Watch u aktar minn 250,000 persuna ffirmaw petizzjonijiet b’appoġġ tas-Sea Watch u kontra l-kriminalizzazzjoni tas-solidarjeta’. Imma hekk kif il-każ ta’ Carola spiċċa fl-aħbarijiet, ħafna oħrajn ma jiġux rappurtati. 

Lil hinn mis-sitwazzjoni fl-Italja, il-kriminalizzazzjoni tas-solidarjeta’  infirxet madwar l-Ewropa u qabdet kemm lill-NGOs u ċittadini ordinarji, inkluż il-lifeguards, il-pumpieri, it-tobba, is-saċerdoti, il-ġurnalisti, l-għalliema u l-voluntieri. 

Mingħajr impenn iżjed b’saħħtu mill-Parlament Ewropew il-ġdid u l-Kummissjoni, dawn ix-xejriet fuq il-kriminalizzazzjoni mistennija jiżdiedu. 

Investigazzjoni profonda li kienet  finanzjata minn  organizzazzjonijiet mhux governattivi u riċerkaturi identifikat mill-inqas 158 persuna li ġew investigati jew imressqa l-Qorti formalment mill-2015 sal-2019. 

Minkejja tnaqqis ta’ 90 fil-mija f’wasliet irregolari fl-Ewropa matul l-istess perijodu, in-numru ta’ pajjiżi u każijiet  li jikkriminalizzaw is-solidarjeta’ jibqa’ jogħla. Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena biss, 79 każ kienu taħt investigazzjoni. 

Il-kriminalizzazzjoni tas-solidarjeta’ ħolqot  vittmi fil-Belġju, fil-Kroazja, fid-Danimarka, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Italja, fl-Olanda, fi Spanja, fl-Isvezja u fir-Renju Unit. Dawn  il-każijiet kollha jistgħu jiġu relatati mal-liġi  Ewropea waħda – id-Direttiva tal-Faċilitazzjoni tal-2002 – li tonqos milli tiddistingwi bejn it-traffikar tal-bnedmin u l-għajnuna umanitarja. 

Individwi madwar l-Ewropa qed ikunu investigati u mixlija bi traffikar, ħasil tal-flus, sħubija f’organizzazzjoni  kriminali u anki bi spjunaġġ. Atti ta’ ġenerożita’ ta’ kuljum – bħal li tagħti l-ikel lil xi ħadd,  tagħti l-ilma, rikba, telefonata, post għall-irqad – qed jinbidlu f’atti llegali. 

Dawn iċ-ċittadini kriminalizzati mhumiex waħidhom. Organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjeta’ ċivili qed jingħaqdu biex jiddefenduhom, minn Amnesty International sa Caritas EuropaDoctors without Borders, PICUM,  is-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar, is-Social Platform u l-Welcoming Europe campaign. 

Iċ-ċittadini Ewropej taw miljuni  lil dgħajjes ta’ NGOs li  jsalvaw  lin-nies, li issa qed jittieħdu, jiġu konfiskati u mtaqqla b’miżati u multi legali kbar. Ħafna dgħajjes tal-NGOs ġew imwaqqfa tant  li għal xhur sħaħ ma kien  hemm hemm bastiment Ewropew tas-salvataġġ fil-Mediterran b’riżultat li r-rata tal-imwiet għoliet. 

Kulħadd għandu dritt għad-dinjita’ u ċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom dritt fundamentali biex jgħinu.