Wieħed mill-funzjonijiet tal-MEUSAC hu li jassisti entitajiet lokali biex japplikaw għal proġetti finanzjati mill-UE. F’dan ir-rigward, il-MEUSAC tgħin lill-organizzazzjonijiet billi tipprovdilhom l-informazzjoni dwar id-diversi programmi ta’ fondi Ewropej u  billi tgħinhom biex jiżviluppaw l-idea tal-proġett tagħhom u jiktbu l-formola tal-applikazzjoni relevanti. 

Mill-2018, il-MEUSAC ukoll bdiet tgħin entitajiet biex jifhmu aħjar il-proċess involut fl-iżvilupp tal-proġett u l-kitba tiegħu permezz ta’ sessjonijiet fil-bini tal-kapaċità li huma organizzati għal diversi gruppi, partikularment NGOs, kunsilli lokali, skejjel u entitajiet tal-Gvern. Parteċipanti ta’ dawn is-sessjonijiet jiksbu tagħrif dwar kif jiżviluppaw proposta  ta’ proġett kompetittiv u għajnuniet dwar kif jiktbu formola ta’ applikazzjoni b’suċċess. 

Mindu bdew fl-2018, dawn is-sessjonijiet fil-bini tal-kapaċità kienu suċċess. Matul l-2019 biss, kienu organizzati ħames  sessjonijiet fil-bini tal-kapaċità b’total ta’ ftit aktar minn 140 parteċipant. 

Dawn is-sessjonijiet fil-bini tal-kapaċità se jkomplu fl-2020, bl-ewwel sessjoni dwar l-iżvilupp ta’ proġett issir fl-4 ta’ April għall-NGOs u  l-iskejjel u fit-8 ta’ April għall-kunsilli lokali u entitajiet tal-Gvern. 

Għal aktar informazzjoni dwar dawn is-sessjonijiet fil-bini tal-kapaċità jew is-servizzi tal-MEUSAC, ikkuntattjaw lill-MEUSAC fuq funding.meusac@gov.mt jew fuq 2200 3300.