Il-Kumitat dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel fi ħdan il-Parlament Ewropew addotta resoluzzjoni b’65 vot favur, vot kontra u 14-il astensjoni, biex isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex toħloq strateġija ġdida dwar il-kimiċi għas-sostenibbiltà li effettivament tassigura livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa u l-ambjent u timminimizza l-espożizzjoni ta’ kimiċi perikolużi. L-istrateġija wkoll tgħid li aktar miżuri regolatorji huma meħtieġa biex jipproteġu b’mod adekwat lil gruppi vulnerabbli bħat-tfal, nisa tqal u dawk li qed  ireddgħu kif ukoll lill-anzjani. 

L-istrateġija l-ġdida dwar il-kimiċi trid tirrifletti b’mod sħiħ il-prinċipju  ta’ prekawzjoni u l-prinċipju li min  iniġġeż iħallas, kif ukoll li tkun iżjed  trasparenti matul il-proċess ta’ approvazzjoni. Għandha wkoll tinkoraġġixxi alternattivi sikuri u sostenibbli biex ikunu żviluppati b’mod kompetittiv, inkluż permezz ta’ impenn ċar ħalli jkunu assigurati fondi għar-riċerka. 

Il-Membri Parlamentari Ewropej jemmnu li hemm il-ħtieġa li jkun appoġġjat il-prinċipju ‘sustanza waħda – studju ta’ periklu wieħed’, sabiex is-sustanzi jitħallew jiġu verifikati minn aġenzija Ewropea waħda biss biex il-proċess jitħaffef u r-regolamentazzjoni dwar il-kimiċi tkun  iżjed konsistenti. 

Għandu jsir iżjed dwar l-endocrine disruptors u l-pestiċidi 

Ir-resoluzzjoni ssejjaħ għal  qafas sħiħ Ewropew fuq l-endocrine  disruptors biex   jimminimizzaw b’mod effettiv il-limitu sa fejn il-bniedem u l-ambjent huma esposti għall-EDCs, u jdaħħlu provvedimenti speċifiċi fil-leġislazzjoni fuq il-ġugarelli, l-ikel u l-kosmetiċi biex jittrattaw l-EDCs bħal sustanzi li huma carcinogenicmutagenic jew tossiċi għar-riproduzzjoni. 

Issejjaħ ukoll lill-Kummissjoni biex tilqa’ id-diversi sejħiet tal-Parlament Ewropew biex itejjeb il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għall-pestiċidi u jħaffef it-transizzjoni lejn pestiċidi ta’ riskju baxx. 

Inkoraġġixxi l-innvovazzjoni ambjentali u temm ir-riċiklar tossiku 

Il-Membri Parlamentari Ewropej isejħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa kriterji Ewropej għal  Kimiċi Sostenibbli ħalli jipprovdu inċentivi għal kimika sostenibbli, materjali u teknoloġiji, speċjalment alternattivi mhux kimiċi li huma sikuri. Il-Membri Parlamentari Ewropej ukoll jenfasizzaw li  hemm kimiċi perikolużi  fi prodotti  riċiklati u  għalhekk  isejħu għall-istess regoli li  japplikaw għal prodotti ġodda biex japplikaw għal materjali riċiklati. 

L-UE  ukoll trid timminimizza u b’mod progressiv tibdel l-ittestjar fuq l-annimali permezz ta’ użu wiesa’ ta’  metodoloġiji ġodda  u strateġiji intelliġenti għall-ittestjar. 

Il-passi li jmiss 

Ir-resoluzzjoni, li għadha  trid  tiġi addottata mill-Plenarja, hi l-impenn tal-Parlament għall-Istrateġija  Ewropea li  jmiss dwar il-kimiċi għas-sostenibbiltà li għad trid tiġi  ppreżentata mill-Kummissjoni fil-Ħarifa li ġejja. Mistoqsija orali lill-Kummissjoni diġà  ġiet addottata,  u tistaqsi x’miżuri bi ħsiebha tieħu l-Kummissjoni taħt l-istrateġija tal-kimiċi għas-sostenibbiltà u b’mod partikulari, kif il-Kummissjoni mistennija ssaħħaħ il-funzjoni ta’ REACH biex  tagħlaq id-diskrepanzi regolatorji fil-leġislazzjoni Ewropea.