L-ammiraturi tal-Eurovision jinsabu diżappuntatu li l-avveniment annwali ta’ kant u żfin mhux se jsir din is-sena. Għal għexieren ta’ snin, l-ammiraturi kienu xegħlu t-televiżjoni tagħhom fuq BBC One biex jaraw lill-artisti madwar l-Ewropa jkantaw, bit-tama li wieħed jew waħda minnhom ikun/tkun ikkurunat/a rebbieħ/a. Din is-sena, madankollu, it-tifrix dinji tal-Coronavirus jista’ jtemm dan kollu.

L-organizzaturi tal-konkors tal-kant, il-European Broadcasting Union (EBU), “ħarsu lejn diversi xenarji” u ddeċidew li l-edizzjoni ta’ din is-sena titħassar. Dan hekk kif il-virus kompla jinfesta d-dinja.

Skont The Daily Star Online, rappreżentant għall-EBU qal: “Il-EBU , bla dubju, immonitorjat mill-qrib is-sitwazzjoni dwar it-tifrix tal-Coronavirus u ħadet il-prekawzjonijiet neċessarji tas-saħħa u s-sigurtà skont il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u awtoritajiet nazzjonali.

Il-EBU żiedet li “kompliet issegwi żviluppi madwar l-Ewropa u ħarset lejn id-diversi xenarji possibbli flimkien max-xandara tal-Konkors tal-Eurovision 2020, jiġifieri l-NPO, il-NOS u l-AVROTROS.”

Il-konkors kellu jsir f’Rotterdam, l-Olanda u kien mistenni jattira eluf ta’ ammiraturi minn madwar il-kontinent.