Fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Diċembru, il-MEUSAC se joffri pakkett ta’ taħriġ lill-membri tal-NGOs, Trade  unions u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem li joperaw fi ħdan is-setturi tax-xogħol, il-politika soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ. 

Is-sessjonijiet ta’ taħriġ huma intenzjonati li jtejbu l-ħiliet tal-parteċipanti f’dawn l-oqsma:- 

  1. Is-sehem tal-partijiet interessati fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; 
  1. Aktar użu effettiv ta’ għodod ta’ komunikazzjoni;  
  1. Aċċess għal opportunitajiet ta’ fondi mill-UE. 

It-taħriġ se jkun provdut minn esperti fl-oqsma rispettivi u se  jikkonsisti f’sitt  sigħat ta’ sessjonijiet teoretiċi u prattiċi fuq is-suġġetti msemmija. 

Il-parteċipanti interessati huma mitluba jagħżlu waħda minn dawn l-għażliet: it-3 ta’ Diċembru 2019 fil-PwC Hub AcademyCentral Business District, Mill StreetQormil l-10 ta’ Diċembru 2019 fil-Lukanda Ta’  Ċenċ, Għawdex; jew is-16 ta’ Diċembru 2019. Is-sessjonijiet se jkunu qed isiru bejn it-8.30 a.m. u t-3.30 p.m. 

Is-sessjonijiet dwar il-bini fil-kapaċità se  jkunu segwiti bi tliet sigħat ta’ mentoring individwali f’Jannar 2020 u b’seminar fi Frar 2020 biex ikunu diskussi modi dwar impenn fid-djalogu soċjali u ċivili. 

Il-parteċipanti interessati jridu jkunu impenjati li jieħdu sehem f’mhux inqas minn 80 fil-mija tan-numru totali ta’ sigħat. Se jkun provdut ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.