Il-kalkulatur tal-ġbid ta’ flus mill-programm tat-tfaddil tiegħi
NIŻŻEL il-Kalkulatur tal-Ġbid ta’ Flus mill-Programm tat-Tfaddil Tiegħi maħruġ minn ĠEMMA billi tikklikkja hawn.
Snin ilu, meta kellek bejn 20 u 30 sena, ħadt id-deċiżjoni li tibda tippjana għall-irtirar tiegħek – billi tfaddal fi pjan ta’ rtirar, u aktar tard, wara li ħallast id-dejn fuq id-dar u t-tfal telqu mid-dar, bdejt iġġemma’ f’kont bankarju.
Id-deċiżjoni tiegħi li nippjana għall-irtirar kellha l-iskop biex jien u marti ngawdu l-kwalità ta’ ħajja simili għal dik li gawdejna waqt li kont impjegat kelli. Dan billi nikkumplimenta l-pensjoni kontributorja tas-sigurtà soċjali tiegħi permezz ta’ tfaddil addizzjonali.
Fil-jum li rtirajt, fl-età ta’ 65 sena, kelli pjan finanzjarju ta’ rtirar ta’ €70,000. Dawn li ġejjin huma kunsiderazzjonijiet ta’ ppjanar li ddiskutejt ma’ marti dwar kif se nużaw dan it-tfaddil:
- Jekk niġbed dan l-ammont se jservuni sa kważi 90 sena.
Ġbid annwali ta’ €3,800
- Jekk niġbed dan l-ammont se jservuni tul l-għomor mistenni tiegħi – 79 sena
Ġbid annwali ta’ €5,987
- Jekk niġbed dan l-ammont se jservuni tul l-għomor mistenni tiegħi li nkun b’saħħti – 74 sena
Ġbid annwali ta’ €8,792
Kif tista’ tara mit-tabella ta’ hawn fuq, skont id-deċiżjoni li tieħu tista’ żżid id-dħul tal-pensjoni tiegħek bħala riżultat tat-tfaddil tiegħek minn €3,800 għal €8,792, skont id-deċiżjoni li tieħu.
Tista’ tiġbed dan l-ammont hekk kif maż-żmien il-fond tal-irtirar tiegħek qed jiġi miżjud kull sena b’imgħax kompost. L-ammont il-kbir ta’ fuq, madankollu, jonqos minn sena għal oħra hekk kif it-tfaddil tiegħek jonqos bħala riżultat tal-ġbid ta’ flus ipprogrammat.