Huma ftit dawk li jargumentaw kontra il-qawwa ta’ ħbiberija ta’ veru li ssaħħaħ  lil ħajjitna. Imma x’rwol għandu jkollha l-ħbiberija  fil-post  tax-xogħol? Huwa għaqli li  żżomm l-ħajjiet personali u professjonali separati minn  xulxin jew minflok infittxu apposta sabiex inkabbru l-ħbiberiji fuq ix-xogħol? 

Dr. Jan Yager, awtriċi ta’ Friendshifts: The Power of Friendship and How It Shapes Our Lives, sab li l-ħbiberiji fil-post tax-xogħol jista’ jkollhom effett profond fuq il-karriera tiegħek. Ħabib fuq il-lant  tax-xogħol  jista’ jagħmel il-ħajja aktar pjaċevoli u saħansitra jtejjeb il-kreattivita’ u l-produttivita’ tiegħek. Ħafna nies isibu mpjiegi oħrajn b’riżultat tal-ħbiberiji, u xi kumpaniji jippromwovu programmi li jippremjaw lill-impjegati tagħhom talli rreferew lil sħabhom għal xi mpjieg. 

Madankollu, meta l-ħbiberijii fuq ix-xogħol imorru ħażin, l-effett jista’ jkun kbir. Aktar mal-kollegi jissoċjalizzaw aktar tonqos il-produttivita’; l-informazzjoni personali jew professjonali tista’ tiġi f’idejn persuni mhux xierqa; u l-klikek jinħolqu li jwasslu għall-favoritiżmu, l-esklussivita’ u n-negattivita’. 

Għalkemm taqbel ma’ xi ħadd fuq ix-xogħol tista’ tqanqal ħbiberija, tinvesti jew le fir-relazzjoni tista’ tkun  kwistjoni profonda. Li jħoll u jorbot hi l-fiduċja. Hemm lealtajiet li jridu jinżammu jekk inti għandek il-ħbieb fil-post  tax-xogħol. Tħallix l-informazzjoni personali diskussa bejn żewġt iħbieb tmur lil hinn miċ-ċirku tal-ħbiberija. 

Il-ħbiberiji li inti tiżviluppa x-xogħol huma fundamentalment differenti minn ħbiberiji oħrajn? Dr. Yager twieġeb li, f’xi modi, it-tweġiba hi iva. Impjieg jipprovdi s-sigurta’ finanzjarja. Jekk tkun sfurzat tagħżel bejn li żżomm is-sors tad-dħul tiegħek u ħbiberija, ħafna nies jagħżlu ż-żamma tal-impjieg. Minkejja l-vantaġġi u l-iżvantaġġi  fl-iżvilupp tal-ħbiberiji fil-post tax-xogħol, l-affari hi aktar serja meta inti tiddeċiedi jekk għandekx tagħmel ħbieb ix-xogħol. L-aħjar grupp ta’ ħbieb jistgħu jinfluwenzawk ħafna fil-karriera tiegħek. Il-grupp il-ħażin jista’ jwasslek għat-tkeċċija tiegħek mix-xogħol. 

Wieħed jistaqsi: x’għandek tagħmel biex tindirizza ‘l-ilmijiet imċajpra’ ta’ ħbiberiji fil-post tax-xogħol. Dr. Yager tipprovdi dawn il-pariri:- wieħed għandu jkun diskret dwar il-kunfidenzi tal-ħbieb tiegħek, u aħseb sew dwar it-tip ta’ informazzjoni li trid tiżvela; jekk int taħseb li l-ħbiberija tista’ tpoġġi lilek jew lil sieħbek f’qagħda kompromettenti fuq ix-xogħol, mela tkellimha. Jekk hemm bżonn, irtira minn sitwazzjonijiet li jistgħu jpoġġuk f’konflitt ta’ interess; skopri jekk il-kumpanija li inti impjegat magħha għandhiex policy dwar il-ħbiberiji fil-post tax-xogħol, u segwi r-regoli.