Il-futur tax-xogħol u l-postijiet tax-xogħol
F’ċertu modi, il-futur tax-xogħol huwa hawn; f’oħrajn, hu mimli b’inċertezza jew imħabbar b’aspettattivi kbar. Bla dubju, tul l-istorja tal-bniedem, ix-xogħol inbidel u l-istess inbidlu s-soċjetajiet. It-trasformazzjonijiet dwar kif u fejn qed jitmexxa x-xogħol, minn min qed isir u taħt liema kundizzjonijiet kif ukoll kif qed jiġi mħallas u valutat, waslu flimkien mal-bidliet fil-ħajja tal-individwu u tal-familja, l-għaqda soċjali u l-ħarsien kif ukoll il-ħajja ċivika u politika.
Illum, numru ta’ xejriet kbar osservati qed jaqilbu d-dinja tax-xogħol: it-teknoloġija diġitali mifruxa qed tiftaħ opportunitajiet ġodda filwaqt li fl-istess ħin iċajpru l-limitazzjonijiet tal-postijiet tax-xogħol u jaffettwaw l-imġibiet u l-aspettattivi umani b’modi li jistgħu jibqgħu mhux magħrufa.
It-tkomplija fit-tkabbir tal-popolazzjoni se toħloq l-ikbar massa ta’ ħaddiema dinjija li potenzjalment ikunu l-aktar f’pożizzjonijiet prekarji u polarizzati sal-lum, b’implikazzjonijiet ta’ sostenibbilta’ ta’ skala eżistenzjali. Uħud minn dawn ix-xejriet huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin, oħrajn qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla u jidħlu f’xulxin f’modi li għadna qed nibdew nagħrfu. Magħġunin ma’ dawn t’hawn fuq, huma x-xejriet bi trufijiet kbar u miftuħin: l-awtomazzjoni tista’ jew ma tistax toħloq diskrepanzi fl-impjiegi, filwaqt li l-ħidma ma’ teknoloġija sofistikata tista’ tkun il-barka u/jew id-disfatta ta’ ħaddiema fil-ġejjieni. Dawn ir-riżultati mhumiex determinati minn qabel, u se jiġu msawra b’policies u għażliet li nagħmlu aħna.
Fid-dawl tad-diversi forzi kumplessi li jeżistu, previżjonijiet diretti u konklużjonijiet jistgħu jkunu sempliċi, u ebda intervent ta’ policy ma sservi bħala rimedju. Madankollu, għall-gvernijiet, iċ-ċittadini u n-negozji biex ikunu kapaċi jisfruttaw l-opportunitajiet u jimmitigaw ir-riskji bil-quddiem, huwa neċessarju li jimmonitorjaw u jifhmu x-xejriet li għaddejjin bħalissa sabiex jew isaħħu l-istituzzjonijiet u l-policies kurrenti, jiddisinjawhom mill-ġdid, jew inkella joħolqu oħrajn ġodda.
Dan ifisser li rridu nistaqsu lilna nusna numru ta’ mistoqsijiet:
- Dawn il-bidliet kif se jittrasformaw il-ħarsien tagħna u kif se jaffettwaw ir-rabta soċjali?
- Dan xi jfisser f’termini ta’ kif immexxu s-soċjetajiet tagħna u x’hemm bżonn isir biex kuntratt soċjali li jiġġedded, effettiv u sostenibbli jiġi maqbul?
- Dawk li jagħmlu l-politika u s-settur pubbliku kif se jirrispondu u jantiċipaw għal dawn l-isfidi bla preċedenti?
- L-edukazzjoni u s-sistemi tat-taħriġ kif se jippreparaw liċ-ċittadini għal impjiegi jew xogħolijiet li għadhom lanqas jeżistu?
- Xi strumenti jew interventi jistgħu jwasslu għal swieq ta’ xogħol aktar inklussivi?