Il-moviment intern se joħloq bidla radikali fil-popolazzjoni Ewropea sal-2060 sakemm ix-xejriet ma jimmoderawx ruħhom. 

Bl-użu ta’ diversi xenarji demografiċi, investigazzjoni ta’ tliet snin mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istitut Xjentifiku għall-Analiżi ta’ Sistemi Applikati (IIASA) titfa’ dawl fuq din il-forza kajmana iżda konsegwentali fil-ħolqien  mill-ġdid tal-UE. 

Taħt il-kundizzjonijiet preżenti, tnaqqis drastiċi fil-popolazzjoni mistennija jseħħu fir-Rumanija (inqas minn 30 fil-mija), fil-Kroazja (inqas minn 30 fil-mija) u fil-Litwanja (inqas minn 38 fil-mija) fost oħrajn. 

Dan it-tnaqqis se jkun qed isir biss fil-ftit snin li ġejjin. Jekk l-influssi interni jilħqu  bilanċ, il-bidliet se jkunu inqas severi: ir-Rumanija (inqas minn 14 fil-mija), l-Ungerija (inqas minn 18 fil-mija) u l-Litwanja (inqas minn 20 fil-mija), l-aktar minħabba tnaqqis naturali biex ikun hemm familji żgħar. 

L-Awstrija tirċievi l-akbar kisbiet proporzjonali minn mobbilta’ġewwa l-UE, u l-popolazzjoni tal-Ġermanja se tkun kważi stabbli jekk ma tilqax persuni ġodda mil-Lvant u min-Nofsinhar. 

L-iskala ta’ dawn il-movimenti, biż-żmien, iġġorr implikazzjonijiet importanti. 

Filwaqt li l-fondi ta’ koeżjoni u ħlasijiet sa ċertu punt jappoġġjaw l-iżvilupp, dawn m’humiex ta’ sostitut għall-kapital uman – potenzjal ekonomiku u soċjali – taċ-ċittadini tal-pajjiż.