Il-Brexit u l-fondi Ewropej – it-Tieni Parti: Proġetti li għaddejjin bħalissa u applikazzjonijiet għall-futur
F’referendum storiku u bla preċedent, fit-23 ta’ Ġunju 2016 ir-Renju Unit ivvota biex jitlaq mill-Unjoni Ewropea, irrinunzja relazzjoni ta’ 43 sena li rat lir-Renju Unit, flimkien ma’ stati membri Ewropej, jiżviluppaw leġislazzjoni, valuri, libertajiet ċivili u programmi għall-fondi komuni. Sabiex jiskatta Artiklu 50, il-Prim Ministru Theresa May wiegħdet li tinnegozja rabtiet għall-futur mal-UE, kemm politikament u ekonomikament, inkluż il-parteċipazzjoni kontinwa possibbli fi programmi speċifiċi Ewropej.
Il-Ftehim ta’ Irtirar, maqbul mill-Istati Membri kollha li iżda għad irid jiġi approvat mill-Parlament Ingliż, jipprovdi provvedimenti għar-Renju Unit biex ikompli t-tħejjija tiegħu, wara l-Brexit, fil-programmi Ewropej kollha għall-kumplament tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020.
Madankollu, il-parteċipazzjoni bla xkiel tar-Renju Unit primarjament taqa’ fuq l-abbilta’ tal-parlament biex jilħaq kompromess u jaċċetta qbil ta’ wara Brexit qabel id-29 ta’ Marzu. Iżda, f’każ ta’ ‘ebda ftehim’, il-gvern Ingliż iggarantixxa fondi għaċ-ċittadini Ingliżi involuti fi proġetti finanzjati mill-UE, li bdew qabel it-tluq tar-Renju Unit, u li jipprovdu aktar ċertezza għas-sehem kontinwu tagħhom.
Mistoqsijiet relatati ma’ Brexit jistgħu jiġu diretti lejn il-helpline 153 tal-Gvern, jew tista’ tagħżel li tikkuntattja lil MEUSAC fuq 2200 3300 jew billi tibgħat email lil info.meusac@gov.mt