In-negozjaturi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill laħqu ftehim proviżorju biex is-sistema tal-Blue Card ssir aktar attraenti għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi  li jkollhom kwalifiki għolja u li jixtiequ jaħdmu fl-UE.

Skont ir-regoli miftiehma reċentement, l-applikanti – li jkunu jistgħu japplikaw ukoll minn territorju fl-UE – ikollhom jippreżentaw kuntratt ta’ xogħol jew offerta ta’ xogħol mill-inqas sitt xhur. Bħalissa, hi meħtieġa offerta ta’ mill-inqas 12-il xahar, kif ukoll evidenza tal-kwalifiki ogħla jew il-ħiliet professjonali tagħhom. F’ċerti każijiet, bħal fis-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-kwalifiki jistgħu jiġu sostitwiti b’esperjenza professjonali rilevanti. Il-limitu tas-salarju għall-applikanti tnaqqas għal mill-inqas 100% iżda mhux aktar minn 160% tas-salarju gross medju annwali fl-istat membru tal-impjieg. Din iċ-ċifra bħalissa hija mill-inqas 150% u m’hemmx limitu massimu.

Id-detenturi tal-Blue Card ikunu jistgħu jiċċaqalqu aktar faċilment minn stat membru tal-UE għal ieħor wara perjodu ta’ 12-il xahar fl-ewwel stat membru. Is-sitwazzjoni tal-membri tal-familja li jakkumpanjaw se tittejjeb ukoll permezz ta’ proċeduri ta rijunifikazzjoni aktar mgħaġġla u aċċess għas-suq tax-xogħol.

Flimkien mas-sistema tad-dħul fl-UE kollha, skemi nazzjonali se jkomplu jeżistu fl-istati membri. It-test miftiehem issa se jitressaq lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili u l-plenarja għall-approvazzjoni, kif ukoll lill-Kunsill.

Ir-reviżjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni dwar il-migrazzjoni tax-xogħol ġiet proposta mill-Kummissjoni fl-2016 sabiex tattira talent kwalifikat ħafna lejn l-UE u tgħin biex ittaffi n-nuqqas demografiku kif ukoll tax-xogħol u tal-ħiliet f’xi setturi ewlenin. L-għan kien li jiġu simplifikati l-proċeduri u l-kriterji ta’ kwalifikazzjoni, li jitwessa’ l-ambitu tiegħu u li jissaħħu d-drittijiet tad-detenturi tal-Karta Blu tal-UE u l-familji tagħhom. Id-Direttiva dwar il-Blue Card tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza fit-territorju tal-istati membri kif ukoll id-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg kwalifikat ħafna u tapplika għall-membri tal-familja tagħhom. Din ilha fis-seħħ mill-aħħar tal-2011. Il-Ġermanja tagħti l-ikbar numru ta’ Blue Cards, filwaqt li l-Irlanda u d-Danimarka ma jieħdux sehem fl-is