Fil-jiem li għaddewil-Kummissjoni Ewropea nediet skema biex jinġabar it-tagħmir mediku permezz ta’ rescEU biex il-provvisti neċessarji għall-ġlieda kontra l-COVID-19 ikunu jistgħu jaslu malajr fl-istati membri fil-bżonn. Dan it-tagħmir huwa meħtieġ biex jiġu kkurati l-pazjenti infettatijiġu protetti l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, u biex titnaqqas ir-rata tal-firxa tal-virus. 

Il-Parlament qed jaħdem mal-istati membri biex malajr jiġu approvati 40 mill-50 miljun Euro għat-tagħmir tal-kura intensivabħal ventilaturi, u tagħmir protettiv tal-persunalbħal maskli. 

L-istati membri qiegħdin ukoll jgħaqdu l-forzi tagħhom permezz tal-Ftehim Konġunt ta‘ Akkwist Pubbliku biex jixtru tagħmir protettiv persunaliventilaturi respiratorji u tagħmir ieħor meħtieġ fl-ittestjar għall-COVID-19. Din il-ħidma konġunta ser ittihom pożizzjoni aktar b’saħħitha fis-suq dinji. 

Pascal Canfin (Renew, FR)il-President tal-Kumitat dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurta tal-Ikelqal: Fil-jiem li għaddew, l-UE ħadet bosta deċiżjonijiet storiċi fil-ġlieda kontra l-COVID-19, inkluż fir-rigward tal-impatt tiegħu fuq l-ekonomija. Dan il-fatt m’aħniex qed ngħiduħ biżżejjed u m’aħniex qed ngħiduħ bis-saħħa li jeħtieġ. L-UE qed tagħmel dak kollu li tista’ biex issalva l-ħajjiet. Din hija s-solidarjeta fl-azzjoni.” 

“Il-kriżi attwali turi wkoll li huwa importanti li jkun hemm biżejjed flus biex ikunu jistgħu jitwettqu l-inizjattivi tal-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE wara l-2020, hekk kif tgħid il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew”.