Avveniment ta’ nofs ta’ nhar sabiex ikun diskuss il-futur tal-finanzi tal-UE
Din is-sena tfakkar is-60 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma. Dan il-pass importanti jagħti opportunita’ lil dak li jkun sabiex jirrifletti fuq il-kisbiet li għamlet l-Unjoni Ewropew fil-passat filwaqt li wkoll tibda diskussjoni dwar kif għandu jkun il-ġejjieni għaċ-ċittadini Ewropej kollha.
Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, sejjaħ għal “Ewropa magħquda ta’ 27 stat biex toħloq viżjoni għall-futur tagħha”. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea ippubblikat White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa, segwita b’serje ta’ ħames dokumenti għar-riflessjoni, immirati biex jibdew diskussjoni madwar l-UE fuq kwistjonijiet li l-aktar jolqtu l-futur tagħna.
Bħala parti mit-tnedija mill-ġdid tiegħu u biex jinstiga dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, il-MEUSAC qed jorganizza serje ta’ avvenimenti dwar id-dokumenti għar-riflessjoni. Fit-13 ta’ Novembru, il-Futur tal-Finanzi tal-UE, flimkien mal-ħames xenarji proposti f’din il-paper, se jkun diskuss. Is-seminar se jsir fil-Lukanda Le Meridien, San Ġiljan bejn id-9 a.m. u s-1 p.m. u jinkludi diskussjoni kif ukoll workshops. Inti mistieden/a tirreġistra fuq info.meusac@gov.mt
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil MEUSAC fuq funding.meusac@gov.mt jew ċempel fuq 2200 3300.