Approvat il-Baġit tal-2021: Appoġġ biex l-Ewropa tirpilja
Il-Membri Parlamentari Ewropej kisbu aktar fondi għall-baġit tal-2021 biex imorru fuq il-programmi ewlenin tal-UE li joħolqu l-impjiegi, il-pandemija COVID-19 u jagħtu spinta lill-kwistjoni tat-tibdil fi-klima. B’kollox dawn il-fondi jammontaw għal madwar €164 biljun.
Il-ħolqien tal-impjiegi u l-investiment fil-futur tal-UE
Minbarra l-proposta tal-baġit tal-Kummissjoni Ewropea, il-MPE komplew isaħħu ċertu programmi ewlenin li jagħtu spinta lit-tkabbir u l-impjiegi u li jirriflettu l-prijoritajiet miftehma b’mod wiesa’ tal-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu l-Ewropa Diġitali (+€25.7 miljun) u l-Connecting Europe Facility għall-infrastruttura tat-trasport (+€60.3 miljun).
It-tisħiħ tar-rispett għall-valuri tal-Ewropa u t-tibdil fil-klima
Bħala sforz supplimentari għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, iż-żidiet miksuba mill-PE għall-programm LIFE (+€42 miljun) għandhom l-għan li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira ta’ 30% tal-infiq rilevanti għall-klima fil-baġit tal-UE għall-perjodu 2021-2027.
Il-programm Drittijiet u Valuri se jirċievi €6.6 miljun addizzjonali, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – korp indipendenti tal-UE li jiġġieled reati kontra l-baġit tal-Unjoni – se jibbenefika minn żieda ta’ € 7.3 miljun.
Appoġġ għaż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-kura tas-saħħa tal-UE
Tisħiħ ieħor għall-2021 jirrifletti s-supplimenti għal programmi ewlenin magħżula tal-UE li l-Parlament kiseb fil-ftehim mal-Kunsill dwar il-baġit tal-UE fit-tul (2021-2027), approvat fis-16 ta’ Diċembru. Dawn jinkludu l-programm Erasmus+ (+€175.1 miljun), Horizon Europe (programm ta’ riċerka, + €20 miljun) u l-programm EU4Health li hu r-risposta tal-UE għal COVID-19, b’żieda ta’ €74.3 miljun oħra. Bl-istess mod, il-fondi għall-għajnuna umanitarja żdiedu b’€ 25miljun u filwaqt li l-flus għall-għajnuna lir-reġjun li jinsab fil-periferija tan-Nof