Archive for Ħarġa 330

Jeħtieġ li l-istati membri jarmonizzaw il-valutazzjonijiet u l-miżuri

  Il-MPE jgħidu li definizzjonijiet komuni, kriterji u metodoloġiji tas-saħħa huma essenzjali biex tiġi miġġielda l-pandemija li għaddejja bħalissa u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha fl-UE.  Imħassba biż-żieda reċenti fil-każijiet pożittivi tal-COVID-19 madwar l-Ewropa, il-MPE ddeploraw li l-Istati Membri ma ħadux il-lezzjonijiet mill-bidu tal-kriżi u reġgħu ħadu miżuri differenti u mhux koordinati.  F’reżoluzzjoni adottata b’595 vot favur, 50 kontra u 41 astensjoni nhar il-Ħamis, huma indikaw in-nuqqas ta’ metodoloġija armonizzata użata biex jinġabar u jiġi evalwat l-għadd ta’ persuni infettati, li jwassal għal valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa u restrizzjonijiet differenti tal-moviment liberu għal persuni li jivvjaġġaw minn pajjiżi oħra tal-UE.  Wara dibattitu mal-Kummissarju Didier Reynders u l-Ministru Michael Roth tal-presidenza Ġermaniża, il-Parlament iħeġġeġ lill-Istati Membri biex:  jadottaw l-istess definizzjoni għal każ pożittiv ta’ COVID-19, għal mewt bil-COVID-19 u għall-irkupru mill-infezzjoni,  jirrikonoxxu reċiprokament ir-riżultati tat-testijiet fl-Istati Membri kollha,  jaqtaw il-ħinijiet sproporzjonati ta’ stennija għat-testijiet  jistabbilixxu perijodu komuni ta’ kwarantina,  Jikkoordinaw ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar meta jkun meħtieġ, f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni u  jiddiskutu kif wieħed jista’ jerġa’ lura għal żona Schengen li tiffunzjona bis-sħiħ, mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u pjanijiet ta’ kontinġenza, malajr kemm jista’ jkun.    Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għandu jkun inkarigat mill-valutazzjoni tar-riskju tat-tixrid tal-virus u…
Continue Reading

Il-bini tal-kapaċità dwar it-tixrid u l-isfruttament ta’ riżultati ta’ proġetti provduti mill-MEUSAC

  Wieħed mir-rwoli tal-MEUSAC bħala aġenzija tal-Gvern hu li tipprovdi informazzjoni dwar il-fondi Ewropej. L-implimentazzjoni ta’ proġett finanzjat mill-UE tiġi b’ċertu obbligi, inkluż il-promozzjoni tar-riżultati u l-impatt tal-proġett fuq il-partijiet…
Continue Reading