Archive for Ħarġa 309
Irridu nkunu l-vuċi ta’ ċittadini Ewropej
Meta kien qed jitkellem fil-ftuħ ta’ sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell, it-tieni waħda li saret virtwalment minħabba l-imxija tal-COVID-19, il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli irringrazzja lill-ħaddiema prinċipali talli żammew lill-Ewropa għaddejja.…
Pjan Ewropew għall-Irkupru: Ċirkostanzi bla preċedent jitolbu għal miżuri bla preċedent
Il-COVID-19 biddel ħajjitna ta’ taħt fuq b’tali mod li n-nies ma kinux iqisuh sa ftit tax-xhur ilu. Pandemija li bdiet fiċ-Ċina issa żviluppat fi problema dinjija li ħolqot skumditajiet kbar fis-soċjetà. L-Unjoni Ewropea kienet minn ta’ quddiem biex tindirizza…
L-għaġla fir-rilaxx tar-restrizzjonijiet tista’ tħarbat kollox
Ir-Rebbiegħa għaddejja ġmielha imma dan iż-żmien jinsab imtappan b’realtà serja. Ħadd ma jaf fiċ-ċert meta l-ħajja se terġa’ lura qrib in-normalità u għal meta jkun sikur li noħorġu barra trankwilli. Ir-restrizzjonijiet qed jiġu mneħħija bil-mod il-mod, bl-awtoritajiet tas-Saħħa jimmonitorjaw is-sitwazzjoni f’kull pass…
Ħtieġa ta’ protokolli ċari fejn jidħlu persuni b’diżabbiltà
Jeħtieġ li jkun hemm protokolli ċari b’risq persuni b’diżabbiltà u kull pjan ta’ mitigazzjoni għandu jkun inklussiv inkella se niġu f'riskju li bil-mixja tagħna lura għan-normalità inħallu lil persuni b’diżabbiltà warajna. Voice of the Workers tkellem ma’ Oliver Scicluna, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u fisser li hawn nuqqas ta' ħsieb fejn jidħlu protokolli ta' kif, per eżempju, għandhom jingħataw servizzi terapewtiċi, servizzi mogħtija fil-komunità, servizzi ta' respite u servizzi ta' day centres. Huwa importanti ħafna li l-awtoritajiet jingħataw gwida ta’ xinhu f'riskju u le fl-għoti ta' dawn is-servizzi u x'mitigazzjonijiet għandu jkun hemm. Il-Kummissjoni għad-Drittijiet…