Wara li l-Gvern iddeċieda biex il-ħaddiema jmorru lura għax-xogħol mill-5 ta’ Ġunju, għax skontu qed nirritornaw għan-normal, mhux kulħadd jista’ jagħmel dan speċjalment min huwa vulnerabbli.

Voice of the Workers tkellem ma’ ħaddiem li kawża tal-kundizzjoni medika tiegħu ma jistax joħroġ fiżikament għax-xogħol. Barra minn hekk hu qed jieħu ħsieb lil ommu, ta’ 83 sena, li wkoll hija meqjusa vulnerabbli. Ir-raġel li tkellem ma’ dan il-portal xtaq ikun anonimu u għal din ir-raġuni l-vuċi tiegħu ġiet mibdula biex l-identità tiegħu ma tingħarafx.

Voice of the Workers staqsa x’qed iħasseb lil din il-persuna issa li ġew rilaxxati r-restrizzjonijiet u l-ħaddiema ġew mitluba biex imorru lura għax-xogħol.

Il-persuna li tkellmet ma’ Voice of the Workers qed tgħaddi minn ċertu problemi.

Staqsejna lil din il-persuna jekk għandhiex kuntatti man-nies hemm barra.

Il-post tax-xogħol fis-settur privat, fejn taħdem din il-persuna, fehmet il-pożizzjoni tagħha.

Il-ħaddiem li tkellem magħna kellu kliem iebes għall-awtoritajiet għax kawża tal-vulnerabbiltà tiegħu u peress li x-xogħol tiegħu jinvolvi kuntatt dirett mal-pubbliku, ma jistax fiżikament imur lura fil-post tax-xogħol.

Intant din il-persuna vulnerabbli hija vittma tas-sistema għax baqgħet vulnerabbli, filwaqt li l-Gvern baqa’ miexi business as usual. Aġevola n-negozju u lil min iħaddem imma ma tax biżżejjed għajnuna lill-ħaddiema u l-familji tagħhom – f’dan il-każ lil persuni vulnerabbli.