Archive for Feature

It-trasformazzjoni f’diversi setturi ekonomiċi hija t-triq ‘il quddiem għal Malta

  Il-bidla hija proċess neċessarju li jsir aktar kruċjali f’xenarju wara li tkun għaddiet xi kriżi.  F’intervista ma’ Voice of the Workers, l-ekonomista JP Fabri jgħid li l-element ta’ trasformazzjoni huwa wieħed minn diversi pilastri li l-pajjiż għandu jibni viżjoni għall-futur. Hu stqarr li meta nitkellmu fuq trasformazzjoni rridu naraw kif dan il-pajjiż ikompli fil-mixja li dan il-pajjiż dejjem kellu mill-Indipendenza sal-lum biex stabbilixxa setturi ekonomiċi ġodda.   Hu qal li bħala pajjiż għandna bżonn mentalità biex dejjem inkomplu nittrasformaw ruħna. Dan għandu jsir f’numru ta’ setturi, fosthom, fis-settur pubbliku fejn irridu naraw kif it-twassil tas-servizzi jkunu diġitali. JP Fabri saħaq dwar l-importanza li l-imsieħba soċjali, in-negozji, il-Gvern, l-Oppożizzjoni u l-poplu ġenerali jingħaqdu flimkien sabiex titfassal viżjoni mibnija fuq it-talent, it-transizzjoni, it-teknoloġija u t-titjib fil-kwalità.  JP Fabri daħal iżjed fid-dettall fuq il-bidliet li għandhhom isiru. Hu jagħti importanza lit-talent Malti u lill-edukazzjoni.  Għall-ekonomista, it-teknoloġija huwa pilastru kruċjali ħafna.  Dwar it-transiżżjoni, JP…
Continue Reading

Bżonn li nkunu aktar voċiferi favur l-ugwaljanza

  “Jekk mhux se nidentifikaw x’inhuma l-problemi li qed jiffaċċjaw in-nisa  u  t-tfajliet fis-soċjetà tagħna, mhux se niksbu l-ugwaljanza”. Dan qalitu Dr. Lara Dimitrijeviċ, Direttur tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa f’intervista ma’ Voice of the Workers.  Hi qalet li l-COVID-19 affettwat lill-ħaddiema nisa, partikularment…
Continue Reading

Ma rridux inħallu l-miżien tal-miżuri jxaqqleb b’detriment għal saħħet in-nies

X’inhi r-rabta bejn il-Coronavirus u l-globalizzazzjoni? Il-COVID-19 qed jeqred il-proċess ta’ kuntatt u l-integrazzjoni fost in-nies, l-organizzazzjonijiet u l-gvernijiet madwar id-dinja? Tkellimna mal-Professur Stephen Calleya, Direttur tal-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi.…
Continue Reading