X’għandek tagħmel jekk tiġi ffrodat/a
Artiklu preparat minn ĠEMMA
(fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali,
il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal)
Dan l-aħħar rajna numru ta’ scams f’Malta - inkluż phishing, u frodi ta’ email kummerċjali. Is-sena l-oħra, ĠEMMA u l-eSkills Malta Foundation iffirmaw sħubija strateġika biex ixerrdu għarfien dwar il-kapaċità finanzjarja diġitali. Ħriġna 4 e-books dwar scams u frodi u Infographics fuq pariri ta’ kif tipproteġi lilek innifsek fir-rigward ta’ aktar minn 30 scams u frodi differenti.
Jekk taħseb li skoprejt xi scam, jew kont fil-mira ta’ xi scammer, ĠEMMA tagħtik parir li tagħmel rapport. Tħallix li l-iscammer jeħlisha ħafif. Żomm f’moħħok li hawn nies vulnerabbli li ma għandhomx l-għarfien li għandek int u jistgħu jkunu f’riskju kbir li jiġu ffrodati diment li l-iscam ma tiġix imwaqqfa.
Cyber Crime Unit tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta Tista’ ssib il-website tas-Cyber Crime Unit hawnhekk: https://pulizija.gov.mt/EN/Police-force/Police-sections/pages/cyber-Crime-Unit.aspx Tista’ tikkuntattja din is-sezzjoni kif indikat hawn taħt: | |
Online: | computer.crime@gov.mt |
Telefown: | 365 2294 223/2 |
Personalment: | Ċempel jew żur l-għassa tal-Pulizija tad-Distrett u agħmel rapport. L-Uffiċjal tal-Pulizija tad-Distrett jinvestiga r-rapport tiegħek f’kollaborazzjoni ma’ membru mis-Cyber Crime Unit. |
Il-bank tiegħek Jekk tisfa’ vittma ta’ frodi ta’ kard ta’ debitu jew ta’ kreditu, ikkuntattja lill-bank tiegħek minnufih. Agħmel l-istess jekk titlef il-kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tiegħek. Id-Direttiva Riveduta dwar is-Servizzi ta’ Ħlas (PSD2) tistabbilixxi li jekk inti, bħala klijent ta’ bank, titlef jew tinsteraqlek il-kard ta’ debitu jew ta’ kreditu, u jirriżulta li tkun saret transazzjoni frodulenti wara li inti tkun innotifikajt lill-bank tiegħek dwar it-telf tal-kard tiegħek, inti tkun dovut tħallas biss sa massimu ta’ €50. Madankollu, importanti tinnota li inti ma tkunx intitolat għal rifużjoni għal xi telf relatat ma’ xi transazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzat jekk tkun ġarrabt dan it-telf b’riżultat ta’ aġir frodulenti jew għax tkun inqast milli tissodisfa l-obbligi tiegħek b’intenzjoni jew b’negliġenza gravi. |
Direttorat għall-Ilmenti u Rikonċiljazzjoni fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur Il-website tad-Direttorat għall-Ilmenti u Rikonċiljazzjoni tinstab hawn: https://www.mccaa.org.mt/Section/Content?contentId=1193 Tista’ tikkuntattja lid-Direttorat kif ġej: | |
Online: | info@mccaa.org.mt |
Formola online: | https://mccaa.org.mt/Home/complaint |
Telefown: | 356 8007 4400 (bla ħlas) |
Personalment: | Malta: Mizzi House, Triq Nazzjonali, Il-Blata l-Bajda Għawdex: Saint John, Triq Santa Eliżabetta, ix-Xewkija |
ĠEMMA fil-21 ta ’Ġunju 2021 iffirmat sħubija strateġika mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Kemm ĠEMMA kif ukoll l-eSkills Malta Foundation qed jaħdmu mal-Assoċjazzjoni sabiex minn Ottubru 2021, isiru fora pubbliċi dwar scams u frodi fil-komunitajiet lokali.