B’baġit ta’ €2.44 biljun, l-Ewropa Kreattiva hija l-programm ta’ finanzjament tal-UE għall-2021-2027 li jipprovdi appoġġ lis-setturi tal-kultura u kreattività.

Il-Programm Ewropa Kreattiva jipprovdi opportunitajiet ta’ finanzjament għal diversi organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi. Il-programm għandu l-għan li jippromwovi d-diversità u l-wirt kulturali u lingwistiku Ewropew, u jżid il-kompetittività u l-potenzjal ekonomiku tas-setturi kulturali u kreattivi.

L-Ewropa Kreattiva hija maqsuma fi tliet sotto-programmi:

  • Il-linja tal-Kultura li tappoġġja l-kooperazzjoni artistika u kulturali fil-livell Ewropew, li tippermetti l-ħolqien ta’ xogħlijiet Ewropej u ssaħħaħ id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u innovattivi tas-setturi kulturali u kreattivi.
  • Il-linja MEDIA li tippromwovi l-kompetittività, il-kooperazzjoni, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà tas-settur awdjoviżiv Ewropew.
  • Il-fergħa li tippromwovi l-kooperazzjoni politika li tappoġġja l-fergħat kollha tal-Programm, il-litteriżmu medjatiku u ambjent indipendenti tal-midja, u trawwem il-libertà ta’ espressjoni artistika u djalogu interkulturali.

Diversi sejħiet għal proposti taħt il-Programm Ewropa Kreattiva bħalissa huma miftuħa, bi skadenzi li jvarjaw minn Awwissu sa Novembru tal-2021.

Għal aktar informazzjoni dwar Ewropa Kreattiva jew kwalunkwe programm ieħor ta’ finanzjament, jekk jogħġbok ikkuntattja lil SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2200 3300.