‘Wasal iż-żmien li nwettqu’ – Il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-UE
Fl-1 ta’ Jannar, 2021, il-Portugall ħa mingħand il-Ġermanja il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin. Il-prijoritajiet tal-Presidenza Portugiża li huma ispirati mill-motto għall-presidenza, ‘Wasal iż-żmien li nwettqu: irkupru ġust, ekoloġiku u diġitali’ huma:
• Li tippromwovi l-irkupru tal-Ewropa, b’rispett lejn il-klima u l-bidla diġitali;
• Li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bħala element ewlieni biex jiġu żgurati klima ġusta u inklużiva u l-bidla diġitali;
• Li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Ewropa billi żżommha miftuħa għad-dinja.
Emfasi ewlenija se tkun il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-mudell soċjali Ewropew, billi jkunu faċilitati diskussjonijiet dwar l-irkupru mill-kriżi u l-mod li se jkunu indirizzati il-bidla fil-klima u l-bidla diġitali, biex ħadd ma jibqa’ lura.
Se jkun hemm diskussjoni wkoll fuq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li se jwassal għas-Summit Soċjali ta’ Porto f’Mejju, u dibattitu kif iċ-ċittadini jkunu kapaċi jilqgħu għall-isfida diġitali u dwar il-futur tax-xogħol. Se tingħata attenzjoni speċjali wkoll lill-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Aktar informazzjoni dwar il-Presidenza Portugiża fuq http://2021portugal.eu