Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-istudju tagħha tal-pjani tal-istati membri fi stadju ta’ abbozz sabiex ikunu implimentati l-objettivi  tal-Unjoni dwar l-Enerġija tal-UE, partikularment il-miri maqbula tal-UE għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima. 

L-istudju tal-Kummissjoni sab li l-pjani nazzjonali diġa’ jirrappreżentaw sforzi sinifikattivi iżda ġibed l-attenzjoni għal diversi oqsma fejn hemm bżonn ta’ titjib, l-aktar għal tħassib dwar policies speċifiċi u individwali ħalli jkun assigurat li l-miri tal-2030 jitwasslu u biex jibqa’ għaddej ir-ritmu lejn in-newtralita’ tal-klima għal żmien fit-tul. 

L-Unjoni Ewropea hi l-ewwel ekonomija prinċipali biex tqiegħed qafas legali li jżomm ħalli twassal fuq il-wegħdiet tagħha skont il-Ftehim ta’ Pariġi u dan hu l-ewwel darba li l-istati membri ħejjew  abbozz dwar il-pjani nazzjonali integrati fuq l-enerġija u l-klima (NECPs). Madankollu, bi pjani li qed jaqgħu lura kemm f’termini ta’ enerġija li tiġġedded kif ukoll f’termini ta’  kontribuzzjonijiet fl-effiċjenza tal-enerġija, jeħtieġ li jkun hemm ambizzjoni kollettiva sabiex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar l-enerġija u l-klima. 

Il-UE hi impenjata biex twettaq l-impenji tagħha ħalli tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u biex twassal enerġija sikura, affordabbli u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħha. L-UE ħolqot sistema  unika ta’ governanza fuq l-enerġija u l-klima fejn, kemm l-Unjoni, u l-istati membri tagħha jippjanaw flimkien u jwasslu b’mod kollettiv l-miri sal-2030 u fi transizzjoni soċjalment ġusta u ekonomikament effettiva għal ekonomija newtrali dwar l-ekonomija sal-2050. 

Fl-analiżi tagħha tal-pjani nazzjonali fi stadju ta’ abbozz, il-Kummissjoni ħarset lejn il-kontribut aggregat biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar  l-Unjoni tal-Enerġija u l-miri 2030. Kif inhuma bħalissa, il-NECPs fi stadju ta’ abbozz jonqsu kemm f’termini ta’ enerġija li tiġġedded u f’kontribuzzjonijiet dwar  l-effiċjenza fl-enerġija. Għall-enerġija li tiġġedded, id-distakk jista’ jkun  kbir daqs 1.6 punti perċentwali. Għall-enerġija fl-effiċjenza, id-distakk jista’ jkun  kbir daqs 6.2 punti perċentwali (jekk tikkunsidra l-konsum primarju fl-enerġija) jew sitt punti perċentwali (jekk tikkunsidra l-konsum finali mill-enerġija). 

L-aħbar it-tajba hi li l-istati membri issa għandhom sitt xhur biex itellgħu l-livell nazzjonali tagħhom ta’ ambizzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-istudji dettaljati jimmiraw biex jgħinu lill-istati membri biex jiffinalizzaw il-pjani tagħhom sal-aħħar ta’ din is-sena, u biex jimplimentawhom b’mod effettiv fis-snin li ġejjin.