Il-portal uniku diġitali se jgħin liċ-ċittadini u lid-ditti biex ikollhom aċċess għall-informazzjoni u għall-proċeduri amministrattivi fuq l-internet, eżempju, biex tapplika għall-self għall-istudju jew biex tirreġistra karozza.  

Ftehim proviżorju li ntlaħaq  mal-Kunsill Ewropew fl-24 ta’ Mejju sabiex jitwaqqaf portall uniku diġitali, sabiex jagħmilha faċli biex tfittex l-informazzjoni, forom u assistenza għan-nies li  jċaqilqu jew jinnegozjaw f’pajjiż ieħor Ewropew, imma wkoll għal dawk  li joqogħdu d-dar, kien approvat mill-Kumitat tas-Suq Intern, bi 33 vot favur, tlieta kontra u astensjoni. 

Il-punt tad-dħul uniku Ewropew se jkun integrat fil-portal Your Europe, disponibbli bil-lingwi kollha. Se jipprovdi aċċess u links għal siti u paġni fuq l-internet nazzjonali u Ewropej, bl-aktar  mod effiċjenti, sabiex min jidħol fihom ikun  jista’ jeżerċita d-dritt u jimxi mal-obbligi fi ħdan is-suq waħdieni. 

L-istati membri se  jkunu mitluba li jagħtu aċċess fuq l-internet lill-aktar proċeduri użati li huma importanti u spissi. F’każijiet “eċċezzjonali u ġustifikati ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku fl-oqsma  tas-sigurta’ pubblika, is-saħħa pubblika jew il-ġlieda kontra l-frodi”,  l-istati membri jistgħu jitolbu lil min jidħol fil-portal sabiex jidher b’mod personali bħala pass ta’ proċedura. L-informazzjoni, il-proċeduri fuq l-internet u servizzi ta’ assistenza provduti jridu jkunu ta’ kwalita’ għolja  u aċċessibbli lil dawk bi bżonnijiet speċjali. Se jkunu provduti għodda għal min  juża l-portal.