Sessjoni ta’ Informazzjoni: Opportunitajiet ta’ Finanzjament mill-UE għall-Imsieħba Soċjali
Il-fondi tal-UE jistgħu jipprovdu lill-imsieħba soċjali bl-opportunità li jtejbu l-kapaċità tagħhom bħala organizzazzjonijiet u jsaħħu l-ħiliet tal-membri tagħhom. Huma jikkontribwixxu wkoll għal djalogu soċjali aħjar fl-UE, inkluż Malta.
Nhar il-Ħamis 28 ta’ Lulju, Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) se torganizza sessjoni online ta’ siegħa biex tipprovdi informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE disponibbli lil numru ta’ gruppi, inklużi l-imsieħba soċjali. Is-sessjoni tibda fid-9am.
Uħud mill-opportunitajiet li se jiġu diskussi matul din is-sessjoni jinkludu inizjattivi ta’ taħriġ, proġetti ta’ kooperazzjoni, u proġetti maħsuba biex itejbu d-djalogu soċjali. Il-parteċipanti se jkunu mħeġġa jistaqsu mistoqsijiet biex jiċċaraw kwalunkwe diffikulta li jista’ jkollhom.
Se tingħata informazzjoni dwar l-ambitu u l-għanijiet ta’ dawn l-opportunitajiet ta’ finanzjament, il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-programmi partikolari. Se jiġu inklużi wkoll eżempji prattiċi ta’ stejjer ta’ suċċess.
Minbarra l-informazzjoni dwar il-programmi rilevanti, se jiġi spjegat ukoll ir-rwol tas-SEM biex jgħin lill-organizzazzjonijiet japplikaw u jimplimentaw proġetti ffinanzjati mill-UE.
Għal aktar informazzjoni dwar din is-sessjoni ta’ informazzjoni jew jekk tixtieq tirreġistra l-interess tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-SEM fuq info.sem@gov.mt jew 2200 3300.