Sejħa elettronika mandatorja għal mudelli ġodda ta’ karozzi
It-tnaqqis ta’ imwiet fit-toroq u l-konsegwenzi ta’ ġrieħi kienu ilhom waħda mill-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew. L-Ewro Parlamentari għaddew sejħa elettronika ta’ leġislazzjoni dwar l-użu fit-28 ta’ April 2015. Mill-31 ta’ Marzu 2018, il-vetturi ġodda kollha ta’ kull tip bdew jiġu mgħammra b’teknoloġija li ssalva l-ħajjiet.
Olga Sehnalova, li xprunat il-leġislazzjoni fil-Parlament, qalet: “Is-sistema tas-sejħa elettronika se tgħin sabiex iżżid is-sigurta’ fost is-sewwieqa billi jitnaqqas il-ħin tal-wasla tas-servizzi ta’ emerġenza f’każ ta’ inċident kbir. Sfortunatament, in-numru ta’ imwiet fit-toroq Ewropej għadu għoli ħafna”.
“Bis-sejħa elettronika, il-ħin tar-rispons mis-servizzi ta’ emerġenza se jitnaqqas b’50 fil-mija f’zoni rurali u b’40 fil-mija f’zoni urbani, li jwassal għal tnaqqis ta’ fatalitajiet ġie stmat għal 1,500 ħajja salvata fis-sena. Il-leġislazzjoni għamlet is-sistema bażata fuq sejħa pubblika tal-emerġenza bl-użu ta’ 112, in-numru Ewropew għall-emerġenza”.
“Kemm l-istati membri u l-manifatturi ngħataw biżżejjed ħin sabiex jippreparaw l-infrastruttura u t-teknoloġiji, sabiex is-sejħa elettronika tibda titħaddem immedjetament ħalli toffri l-benefiċċju prinċipali – li tiżdied is-sigurta’ taċ-ċittadini li jivvjaġġaw f’kull pajjiż fl-Ewropa”.