Il-Kummissjoni Ewropea qed tieħu pass importanti ieħor sabiex tipproteġi lill-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea minn kanċer relatat mal-post tax-xogħol kif ukoll problemi ta’ saħħa oħrajn. Il-Kummissjoni qed tipproponi biex il-ħaddiema jkunu limitati milli jkunu esposti għal ħames kimiċi kawżati mill-kanċer. Dan flimkien ma’ 21 sustanza li diġa’ ġew limitati jew proposti biex ikunu limitati mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni fl-2014. 

Tagħrif miġbur mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurta’ u s-Saħħa fil-Post tax-Xogħol juri li l-kanċer hu l-ewwel kawża ta’ imwiet relatati max-xogħol. 52 fil-mija ta’ imwiet relatati max-xogħol kull sena madwar  l-UE huma minħabba l-kanċer, meta mqabbla ma 24 fil-mija relatati ma’ mard ċirkulatorju u tnejn fil-mija minħabba ġrieħi. Dan meta wieħed iqabbel l-istima dinjija fejn 27 fil-mija ta’ imwiet relatati max-xogħol huma riżultat tal-kanċer. F’Malta, 26.13 fil-mija ta’ imwiet relatati mal-kanċer huma kawżati mill-kanċer. 

L-espożizzjoni għal ċertu kimiċi fil-postijiet tax-xogħol tista’ tikkawża l-kanċer. Filwaqt  li l-kanċer hi marda kumplessa u ċertu fatturi każwali huma diffiċli biex ikunu identifikati, huwa ċar li l-kankri kawżati mill-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi fil-post  tax-xogħol jistgħu jiġu evitati billi jitnaqqsu jew jiġu eliminati dawn l-espożizzjonijiet.