L-infrastruttura u s-servizzi diġitali huma vulnerabbli għar-riskju dejjem jikber tal-kriminalita’ fuq l-internet u l-attakki fuq l-internet li jheddu l-prosperita’ u l-kwalita’ tal-ħajja fl-Ewropa. L-iskala tal-problema teħtieġ rispons minn madwar l-Ewropa kollha. L-aħħar ċifri juru li theddid diġitali qed jevolvu  b’ritmu mgħaġġel: attakki b’software perikoluż żdiedu bi 300 fil-mija mill-2015. Skont diversi studji, l-impatt ekonomiku tal-kriminalita’ fuq l-internet żdied b’ħames darbiet mill-2013 sal-2017, u jista’ jiżdied iktar b’fattur ta’ erbgħa sal-2019. 

Minħabba  dan ix-xenarju ta’ theddid li qed jevolvi b’mod dinamiku u t-tisħiħ tal-istrateġija tal-2013 dwar is-sigurta’ fuq l-internet, il-Kummissjoni Ewropea addottat, matul ix-xahar li għadda,  pakkett dwar is-sigurta’ fuq l-internet. Il-pakkett jibni fuq l-istrumenti eżistenti u jippreżenta inizjattivi ġodda biex ir-reżistenza fuq l-internet tal-UE tissaħħaħ dejjem aktar u jirrispondi biex il-konsumaturi jkunu protetti aħjar kontra l-attakki fuq l-internet, biex l-aġenzija Ewropea dwar is-sigurta’ fuq l-internet (ENISA) tingħata rwol aktar b’saħħtu bl-iskop li jkun hemm prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi fuq l-internet u s-serq tal-identita’, filwaqt li tkun stabbilita skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni effettiva għal  servizzi u prodotti li jinkisbu minn fuq l-internet f’tentattiv biex il-fiduċja tal-konsumatur tissaħħaħ. 

Dawn il-miżuri se jassiguraw li l-UE tkun ippreparata aħjar biex taffaċċja l-isfidi dwar is-sigurta’ fuq l-internet li qed jiżdiedu b’rata  mgħaġġla.