Proġetti ta’ mobbiltà permezz ta’ fondi Ewropej għal studenti u staff fil-qasam Vokazzjonali, Edukazzjoni u Taħriġ
Il-programm Erasmus + huwa l-programm prinċipali tal-UE għall-fondi li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Fost oħrajn, Erasmus + jipprovdi l-opportunità ta’ proġetti ta’ mobbiltà għal studenti tal-VET u għall-istaff u li jista’ jinkludi wieħed jew aktar mill-attivitajiet t’hawn taħt:
Il-mobbiltà għall-istudenti:
- Mobbiltà għal min jipprovdi l-VET u/jew kumpaniji f’pajjiżi barranin, minn ġimagħtejn sa inqas minn tliet xhur;
- Mobbiltà għal żmien fit-tul għal min jipprovdi l-VET u/jew kumpaniji f’pajjiżi barranin, minn tliet xhur sa 12-il xahar.
Mobbiltà għall-istaff:
- Xogħol ta’ tagħlim/taħriġ li jippermetti lill-istaff ta’ min jipprovdi l-VET biex jgħallem ma’ msieħeb ta’ min jipprovdi l-VET barra l-pajjiż. Dan ukoll jippermetti lill-istaff ta’ kumpaniji biex jipprovdi taħriġ f’VET provider barra l-pajjiż;
- Taħriġ għall-istaff li jappoġġja l-iżvilupp professjonali tal-istaff tal-VET fl-għamla ta’ work placement jew perijodu ta’ job shadowing/osservazzjoni f’kumpanija jew f’kull VET provider ieħor.
Sabiex wieħed japplika għal tali proġetti, l-applikanti jridu jkunu organizzazzjonijiet pubbliċi/privati (jew il-fergħa/sussidjarja tagħhom) attivi fil-qasam tal-VET jew attivi fis-suq tax-xogħol.
Fid-9 ta’ Settembru 2020, il-MEUSAC se jorganizza sessjoni ta’ informazzjoni biex jindirizza proġetti ta’ mobbiltà għal studenti jew staff fil-VET kif ukoll inizjattiva ta’ fondi oħra li tipprovdi l-opportunità ta’ proġetti ta’ mobbiltà għal staff fl-edukazzjoni tal-adulti.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programm Erasmus + jew dwar is-sessjoni ta’ informazzjoni msemmija, ġentilment ikkuntattja lil MEUSAC fuq info.meusac@gov.mt jew inkella ċempel fuq 2200 3300.