Fid-dawl tal-kontroversja dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tal-glyphosate, il-Parlament Ewropew waqqaf fi Frar 2018, kumitat speċjali dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi. 

Ir-regolamentazzjoni tal-2009 dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, jew aħjar pestiċidi, hi disinjata biex tassigura livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem  u l-ambjent, u biex issaħħaħ il-funzjoni tas-suq intern filwaqt li ttejjeb il-produzzjoni agrikola. Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti huma suġġetti għal proċess ta’ approvazzjoni doppja. L-ewwel, sustanzi attivi huma approvati fuq livell Ewropew dejjem jekk jilħqu numru ta’ kriterji. 

Il-Kummissjoni tapprova sustanza attiva għal użu wieħed jew aktar użi speċifiċi wara valutazzjoni tar-riskju minn aġenziji regolatorji nazzjonali u mill-Awtorita’ Ewropea għas-Saħħa tal-Ikel (EFSA), eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju mill-Kummissjoni, u qbil minn kumitat ta’ rappreżentanti mill-istati membri. 

L-approvazzjoni tista’ tkun suġġett għal kundizzjonijiet, u hi tipikament mogħtija għal 10 snin. Numru ta’ derogi huma applikabbli f’każijiet speċifiċi. It-tieni, prodott kummerċjali għall-ħarsien tal-pjanti li jkopri waħda jew aktar sustanzi attivi approvati hu awtorizzat fuq livell ta’ Stat Membru jekk jissodisfa ċertu kundizzjonijiet, inkluż li hu effettiv suffiċjenti f’kundizzjonijiet realistiċi ta’ użu; m’għandux effetti li jagħmlu ħsara fuq il-bniedem jew l-annimali; u li m’għandux impatt inaċċettabbli fuq l-ambjent. 

Ir-rapport jelenka numru ta’ rakkomandazzjonijiet, inkluż: it-tisħiħ fit-trasparenza (inkluż aċċess pubbliku għal studji ta’ evalwazzjoni) u li  jkunu evitati l-konflitti ta’ interess; l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti u esperjenza xierqa lil korpi pubbliċi involuti; m jibqax jitħalla l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti fi spazji pubbliċi; l-introduzzjoni ta’ post-market vigilance system sabiex sistematikament timmonitorja effetti reali, inkluż għal żmien fit-tul; l-iffinanzjar ta’ riċerka indipendenti fuq effetti ta’ u alternattivi għall-pestiċidi; u t-tisħiħ tal-funzjoni tas-sistema zonali. 

Ir-rapport ukoll isejjaħ lill-Kummissjoni  biex tippreżenta proposta leġislattiva li temenda r-regolamentazzjoni sabiex tħaffef il-proċess ta’ approvazzjoni għal pestiċidi ta’ oriġini bijoloġika li jagħmlu inqas ħsara, u biex tinnomina stati membri ħalli jagħmlu valutazzjoni tar-riskju fuq applikazzjonijiet ġodda (bħalma hu l-każ għat-tiġdid tal-applikazzjonijiet).