Ninsabu kważi ġimgħa ’l bogħod mill-Milied. Il-probabbiltà hi li diġà għandek pjanijiet lesti għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida u issa qed tirranka għall-aħħar parti. Dan l-artiklu hu kontinwazzjoni ta’ dak li kellna l-ġimgħa l-oħra – u għalhekk se jkollok aktar suġġerimenti finanzjarji x’tikkunsidra.

  • Evita li tuża l-karta ta’ kreditu tiegħek
  • Mur għal Secret Santa
  • Żomm it-tfal id-dar meta tmur tixtri
  • Lesti għall-Milied li jmiss

Evita li tuża l-karta ta’ kreditu tiegħek:  Iva – jista’ jkun utli ħafna b’mod partikolari jekk inti nieqes mill-flus kontanti. Ftakar li: “Jekk ma tistax tħallas għal xi ħaġa fi flus kontanti, tixtrihiex fuq kreditu.” Huwa importanti ħafna li tiżgura li tevita li tidħol għall-ispejjeż tal-karta ta’ kreditu f’dawn iż-żminijiet. Jekk qed tippjana li tuża l-karta ta’ kreditu tiegħek kun żgur li jkollok mill-inqas 90% tal-flus li se tonfoq fil-kont tal-bank tiegħek. Immira li tħallas il-karta tal-kreditu tiegħek fil-ħin u b’mod sħiħ. Jekk tista’ ara l-artikli tagħna dwar l-użu tal-karta ta’ kreditu u l-affarijiet ħżiena li għandek tevita.

Mur għal Secret Santa:  Jekk qed tfittex modi kif timmaniġġja l-infiq tiegħek fuq ir-rigali tal-Milied, tista’ tmur għal Secret Santa. Jekk għandek familja kbira jew grupp ta’ ħbieb, jista’ jkollok numru kbir ta’ rigali x’tixtri – u min jieħu r-rigali jistgħu jakkwistaw ħafna affarijiet żgħar li jistgħu ma jużawx. Għalhekk għaliex ma niltaqgħux flimkien u nagħmlu Secret Santa? Inti tixtri rigal għal persuna waħda biss – il-persuna li inti akkoppjat magħha.  Jista’ jkun li jkollok limitu akbar ta’ nfiq la hemm rigal wieħed biss involut – li jfisser li l-persuna li tikseb ir-rigal, tikseb xi ħaġa ta’ valur; u b’hekk qed tiffranka l-flus li tixtri ħafna affarijiet żgħar għal kulħadd fiċ-ċirku tiegħek jew fil-familja tiegħek.  U huwa divertenti wkoll – aktar u aktar jekk intom kollha taqblu li ddaħħlu l-umoriżmu fl-għażla tar-rigali.  Hemm għadd ta’ Apps li jistgħu jgħinuk iżżommha verament sempliċi (u sigrieta). Billi tagħżel persuna waħda biex tamministra l-indirizzi tal-email, m’hemm l-ebda mod kif tkun taf min xtara għal min, u b’hekk ma titilfux l-gost.  Waħda minn dawn l-għodda hi drawnnames.co.uk.

Żomm it-Tfal id-Dar meta Tmur Tixtri:  Jekk għandek tfal żgħar li teħodhom miegħek f’postijiet fejn hemm ħwienet tal-ġugarelli jew affarijiet li jiġbdu l-għajn, ħafna drabi tispiċċa b’battibekk bejnek u t-tfal tiegħek għaliex jixtiequ ġugarell partikolari. L-istess kif jiġri, iżda b’motivazzjoni aktar baxxa, meta teħodhom f’supermarket – jibdew jokorbu għall-ħelu favorit tagħhom. Kif diġà taf – fil-Milied, aktar minn staġuni oħra fis-sena, isir sforz sinifikanti mill-ħwienet tal-ġugarelli u mis-supermarkets biex jiżguraw li wliedek jaqgħu f’din ix-xibka li jridu jixtru xi ħaġa bilfors. Biex tikkalma lit-tifel/tifla tiegħek tista’ tispiċċa tixtri l-ġugarell. Spiża li tista’ tgħaddi mingħajrha.

Lesti għall-Milied li jmiss:  Żomm ir-rigali, iż-żigarelli u l-boroż li jistgħu jintużaw is-sena d-dieħla. L-iskontijiet jibdew immedjatament wara l-Milied – inkluż online. Agħmel pjan ta’ rigali li tixtieq tixtri. Dur il-ħwienet inklużi dawk online u fittex għal xi offerta eċċellenti. Matul is-sena se jkun hemm ukoll opportunitajiet ta’ xiri – fittex sew u ara jekk hemmx opportunitajiet affordabbli. Hekk kif nimxu lejn Ottubru 2022 hemm opportunitajiet tal-bejgħ tal-bonanza bħal Amazon’s Prime Day jew Black Friday. Jekk tippjana bil-quddiem inti x’aktarx li jkollhom ir-rigali tiegħek kollha mixtrija sa Black Friday  –  b’hekk tonfoq anqas milli kieku kellek tħalli x-xiri tar-rigal għall-aħħar jum.

 

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. Aħna bħala ĠEMMA ninkoraġġuk sabiex taqsam din il-link fuq il-paġna tiegħek ta’ Facebook stess. Żur il-paġna ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmlilna LIKE!