Liġi biex issaħħaħ il-kontrolli tal-UE fuq l-emissjonijiet mid-dijossina tal-karbonju mill-industrija, sabiex tibda taħdem fuq il-wegħdiet tal-ftehim dwar il-klima li kien iffirmat f’Pariġi, għaddiet mill-Parlament Ewropew fil-jiem li għaddew. 

Il-liġi l-ġdida, diġa’ maqbula informalment mal-ministri Ewropej, se tħaffef l-irtirar tal-kwoti tal-emissjonijiet disponibbli fis-‘suq tal-karbonju’ tas-Sistema dwar in-Negozjar tal-Emissjonijiet tal-UE (ETS), li tkopri madwar 40 fil-mija tal-iskambju tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-UE. Il-liġi tipprovdi għal: 

 

  • Żieda fit-tnaqqis annwali tal-emissjonijiet li titqiegħed fis-suq bi 2.2 fil-mija mill-20021, żieda minn 1.74 fil-mija li kienet pjanata llum; dan il-fattur ukoll se jkun analizzat bl-iskop li tiżdied iżjed, tal-inqas, sal-2024.; 
  • Irdoppjar tal-kapaċita’ fir-Riserva tal-Istabbilta’ tas-Suq tal-ETS sabiex jinħeles l-eċċess tal-emissjonijiet  fis-suq: meta tkun attivata, din il-kapaċita’ tkun kapaċi tassorba sa 24 fil-mija tal-konċessjonijiet żejda kull sena, għall-ewwel erba’ snin  u b’hekk jiżdied il-prezz tagħhom u jiżdied l-inċentiv sabiex l-emissjonijiet jitnaqqsu. 

 

Żewġ fondi biex jgħinu fit-tisħiħ tal-innovazzjoni u  jħeġġu t-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx takarbonju 

 

Fond għall-immodernizzar se jgħin biex isaħħaħ is-sistemi tal-enerġija fi stati membri tal-UE li l-popolazzjonijiet  tagħhom għandhom dħul baxx. L-Ewro Parlamentari ssikkaw ir-regolamenti finanzjarji sabiex il-fond ma jkunx użat għal proġetti li jaħdmu bil-faħam, ħlief għall-ventilazzjoni fid-distretti fl-ifqar Stati Membri. 

Fond tal-innovazzjoni se jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-enerġija li tiġġedded, l-irkupru tal-karbonju u l-ħażna u proġetti innovattiva b’karbonju baxx. 

 

Il-protezzjoni kontra l-ħruġ tal-karbonju 

 

Il-liġi wkoll timmira li tipprevjeni “il-ħruġ tal-karbonju”, i.e. ir-riskju li kumpaniji jistgħu jittrasferixxu l-produzzjoni tagħhom ‘il barra mill-Ewropa minħabba policies dwar  it-tnaqqis tal-emissjonijiet. Is-setturi fl-ogħla riskju se jirċievu l-konċessjonijiet tal-ETS bla ħlas. Setturi inqas esposti se jirċievu 30 fil-mija b’xejn.