Filwaqt li l-ftehimiet kollettivi bejn min iħaddem u l-ħaddiema mhumiex suġġetti għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, il-persuni li jaħdmu għal rashom jirriskjaw li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni meta jinnegozjaw kollettivament dwar il-miżati tagħhom jew kundizzjonijiet kummerċjali oħra. Dan għaliex huma meqjusa bħala ‘impriżi’. Bħala riżultat, in-nies li jaħdmu għal rashom ħafna drabi jkunu inċerti jekk jistgħux jinnegozjaw kollettivament il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Ewropea adottat Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE għal ftehimiet kollettivi rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ persuni li jaħdmu għal rashom waħedhom. Il-Linji Gwida jiċċaraw meta ċerti persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu jingħaqdu biex jinnegozjaw kollettivament kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar mingħajr ma jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.

Il-Linji Gwida l-ġodda għandhom l-għan li jipprovdu ċertezza legali lill-persuni li jaħdmu għal rashom waħedhom (li jaħdmu kompletament waħedhom u ma jimpjegawx lil ħaddieħor) billi jiċċaraw meta l-liġi tal-kompetizzjoni ma tfixkilx l-isforzi tagħhom biex jinnegozjaw kollettivament għal ftehim aħjar.

Il-Linji Gwida jiffurmaw parti mill-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li jfittxu li jiżguraw li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-pjattaformi jiġu indirizzati b’mod adegwat.

Sir af aktar dwar dawn il-Linji Gwida hawn.