In-nisa f’zoni rurali fl-UE jammontaw  għal inqas minn  50 fil-mija tal-popolazzjoni  rurali totali. Dawn jirrappreżentaw 45 fil-mija tal-popolazzjoni ekonomikament attiva u madwar 40 fil-mija tagħhom jaħdmu fl-irziezet tal-familja. L-importanza tagħhom fl-ekonomija rurali hi  anki akbar, peress li  l-parteċipazzjoni tagħhom permezz tal-ekonomija rurali informali mhix rikonoxxuta statistikament. 

Minkejja ż-żieda fir-rati tal-impjiegi fost in-nisa fl-Ewropa, inkluż zoni predominament rurali, differenzi importanti bejn il-pajjiżi Ewropej jibqgħu preżenti. Skont analiżi li saret għall-Parlament Ewropew, l-impjieg tan-nisa f’reġjuni rurali Ewropej żdied bi kważi tnejn fil-mija fil-perijodu 2013-2017. L-ikbar żieda fis-sehem ta’ nisa impjegati f’reġjuni rurali kienet rekordjata fl-Ungerija (17.1  fil-mija), segwita bi Spanja, il-Litwanja u l-Kroazja, b’madwar 12 fil-mija; fil-kategorija ta’ nisa bejn l-eta’ ta’ 20 sena u 64 sena, il-pajjiżi li fihom l-għola rati ta’ impjieg huma reġistrati huma l-Isvezja, il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Renju Unit, filwaqt li fl-Italja, fil-Greċja u fil-Kroazja r-rati huma l-aktar  baxxi. 

In-nisa huma x’aktarx aktar  mill-irġiel biex jaħdmu fl-ekonomija informali, għalkemm m’hemm ebda qafas fl-Istati Membri; l-Isvezja tinsab fuq quddiem fis-sehem ta’ ħaddiema nisa bħal impjegati informali, segwita bi Spanja, il-Ġermanja u Franza.  

Rigward l-impjieg  informali fl-agrikoltura, parteċipazzjoni għolja ta’ nisa hija rekordjata fir-Rumanija, fis-Slovenja, fil-Litwanja u fil-Kroazja u l-inqas sehem ġie reġistrat fl-Isvezja, f’Malta, fir-Repubblika Ċeka u fil-Ġermanja; l-aktar ovvju ta’ xogħol part-time hu li hu forma speċifika ta’ impjieg li  primarjament jaffettwa lin-nisa. Fis-settur tal-agrikoltura, forestry u s-sajd, l-għola ċifri ġew reġistrati fir-Rumanija, fil-Polonja u fil-Ġermanj. 

L-ikbar numru ta’ nisa bħala ħaddiema kontributuri f’impjieg informali nstab li huwa fir-Rumanija, fil-Lussemburgu u fis-Slovenja. 

Ir-rata medja ta’ nisa self-employed f’zoni rurali Ewropej hi ta’ madwar 38 fil-mija, imma minħabba nuqqas ta’ informazzjoni huwa  diffiċli biex tqabbel u tispjega s-sehem tan-nisa fis-self-employed għal kull stat membru. 

Ir-rata tal-qgħad f’zoni rurali bdiet tonqos matul il-perijodu (2013-2017); in-nisa kienu aktar  milqutin mill-qgħad milli l-irġiel (7.1 fil-mija kontra  7.6 fil-mija rispettivament). L-ogħla rata ta’ qgħad fost in-nisa hija reġistrata f’reġjuni rurali fil-Greċja. 

Madwar 30 fil-mija tal-irziezet madwar it-28 stat membru tal-UE huma mmexxija min-nisa; pajjiżi bl-ogħla sehem ta’ nisa bħala managers ta’ irziezet huma l-Latvja u l-Litwanja, filwaqt  li fi stati membri oħrajn il-proporzjon ta’ manager  nisa ta’ irziezet kien ‘il isfel mill-medja Ewropea (il-Ġermanja, id-Danimarka,  Malta u  l-Olanda). Il-maġġoranza ta’ managers nisa ta’ irziezet huma fl-eta’ ta’ bejn  il-55 sena  u l-64 sena.