Bidliet lill-qafas regolatorju għall-kummerċ elettroniku dwar it-taxxa tal-valur miżjud introduċew il-prinċipju ta’ destinazzjoni għal transazzjonijiet bejn negozju u l-konsumatur bejn pajjiż  u ieħor. 

L-identifikazzjoni tan-negozji online li jissupplixxu l-affarijiet u s-servizzi lill-klijenti fi stati membri oħrajn se tkun kruċjali meta wieħed jiġi biex jassigura li r-regolamenti tal-VAT huma skont il-liġi u meta wieħed jiġi biex jindirizza l-frodi tal-VAT mill-kummerċ elettroniku. 

Il-Parlament  Ewropew ivvota dwar żewġ proposti tal-Kummissjoni fil-plenarja ta’ Diċembru. Malli l-qafas regolatorju tal-VAT il-ġdid għall-kummerċ elettroniku jiġi applikat minn Jannar tal-2021 (Direttiva tal-Kunsill Ewropew 2017/2455), il-frodi mill-VAT f’kummerċ elettroniku li jsir bejn pajjiż u ieħor se jkunu diffiċli għall-awtoritajiet tat-taxxa fejn il-konsumaturi jkunu lokalizzati sabiex dawn jinstabu u jkunu indirizzati, għax dawn ikunu jiddependu fuq informazzjoni minn fornituri fi stat membru ieħor li jista’ jkun qed jevadi l-obbligi tiegħu dwar il-VAT. 

Ħlasijiet ta’ kummerċ elettroniku ġeneralment jinvolvu intermedjarji (dawk li jipprovdu servizz ta’ ħlas, eżempju fornituri ta’ kreditu u debitu) li jżommu tagħrif relatat mal-ħlasijiet (skont kif provdut f’Direttiva 2 tas-Servizzi ta’ Ħlas 2015 tal-UE 2016-2016).