Dan huwa wieħed mill-filmati li produċejna mal-Bank Ċentrali ta’ Malta fis-serje tal-ibbaġitjar tagħna.

Niżżel il-video tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u ta’-ĠEMMA li jismu ‘L-Immaniġġjar tal-kontijiet tal-ilma u tad-dawl tiegħek’ billi tagħfas hawn.

Ippermettuli nintroduċi l-familja ĠEMMA. Jiena Tony. Jien ir-raġel ta’ Maria. Naħdem bħala manager f’negozju kbir fl-industrija tas-servizzi. Marti, Maria għandha 40 sena u taħdem fin-negozju tal-familja ta’ missieri. Għandna żewġt itfal: Matthias, li għandu 11-il sena, u jmur l-iskola sekondarja, u Angele, li għandha 17-il sena u qed tispiċċa l-iskola sekondarja għolja f’din is-sena skolastika.

Il-kont tad-dawl u l-ilma ġie mal-posta dalgħodu. U tliftha. Bil-kbir! Kemm il-darba għidt lil Matthias, propju din il-ġimgħa, biex jitfi l-air conditioner fil-kamra tiegħu meta jkun ħiereġ? U għaliex għandu dejjem iżommu full blast? U għandi t-tifla, Angele, jekk ma’ tieħux tliet showers kuljum ta’ kwarta-il wieħed ma tkunx hi! U d-dwal mixgħulin f’kull kamra!
 
Ara dan il-filmat ta’ ĠEMMA u l-Bank Ċentrali ta’ Malta billi tagħfas hawn – filmat li fih miżuri prattiċi li tista’ tagħmel faċilment u b’hekk tnaqqas l-użu ta’ elettriku u ilma bla bżonn kif ukoll l-ispejjeż tiegħek!
 

Nistennew bil-ħerqa li nisimgħu mingħandek. Aħna ta’ ĠEMMA ninkoraġġuk biex tqassma dan il-video mal-ħbieb tiegħek jew pubblikament fuq Facebook. Żur il-paġna  ta’ ĠEMMA fuq Facebook u agħmel Like