L-Ewro Parlamentari responsabbli mix-Xogħol iridu jassiguraw aktar flessibbilta’ u ċarezza għal ħaddiema Ewropej mobbli
Regolamenti aġġornati għal ħaddiema Ewropej mobbli qed jimmiraw biex iħarsu aċċess ġust għas-sigurta’ soċjali filwaqt li jiddistribwixxu l-obbligi b’mod ġust u jrawwmu l-koperazzjoni fost l-istati membri.
Ir-regolamenti modernizzati għall-kordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurta’ soċjali, addottati mill-Kumitat dwar ix-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali, jiffokaw fuq l-iffaċilitar tal-mobbilta’ tax-xogħol filwaqt li jitħarsu d-drittijiet f’sitwazzjonijiet bejn fruntiera u oħra, billi jiddeterminaw taħt liema sistema ta’ pajjiż persuna tkun assigurata (jiġifieri l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u l-kisba tal-benefiċċji).
Addizzjonalment, provvedimenti ġodda jrawwmu koperazzjoni bejn l-istati membri sabiex l-informazzjoni neċessarja tkun mxerrda mill-ewwel, filwaqt li jkun assigurat l-aċċess lill-ħaddiema għas-sigurta’ soċjali u l-identifikazzjoni tal-iżballji jew frodi.
Benefiċċji tal-qgħad
- Il-ħruġ ta’ benefiċċji tal-qgħad: L-Ewro Parlamentari qablu li persuna assigurata tista’ iżżomm l-benefiċċji tal-qgħad għal sitt xhur wara li jħalli stat membru u dan l-istat membru jkun kapaċi jtawwal il-perijodu sakemm il-benefiċċju jiskadi.
- Regolamenti uniformi għall-aggregazzjoni tal-perijodi: perijodi tal-assigurazzjoni konklużi xi mkien ieħor għandhom jakkumulaw. L-aggregazzjoni tibda sseħħ wara li ħaddiem ikun assigurat fi stat membru ġdid għal tal-inqas ġurnata.
- Ħaddiema tal-fruntiera u bejn fruntiera u oħra għandhom jingħataw għażla dwar jekk jirċevux benefiċċji tal-qgħad mill-aħħar istat membru tal-attivita’ jew mill-istat membru tar-residenza, jiddependi jekk fejn għandhom l-aħjar prospetti ta’ xogħol.
Benefiċċji tal-familja
L-Ewro Parlamentari wkoll qablu li benefiċċji tal-familja fi flus kontanti, li primarjament huma intenzjonati biex jibdlu d-dħul meta persuna titlaq mix-xogħol biex tieħu ħsieb it-tfal, għandhom ikunu distinti minn benefiċċji oħrajn tal-familja, sabiex ikunu kunsidrati bħala benefiċċju personali għall-ġenitur konċernat fi stat membru kompetenti. F’każijiet fejn il-benefiċċji tal-familja f’post ta’ residenza u f’post fejn l-assigurazzjoni tkun l-istess, stati membri jkunu kapaċi jippermettu li tali benefiċċji personali jinżammu.
Benefiċċji ta’ kura fit-tul
L-Ewro Parlamentari fil-Kumitat tax-Xogħol ukoll addottaw provvedimenti li huma indirizzati biex jevitaw diskrepanzi fil-protezzjoni u jistabbilixxu ċarezza legali u trasparenza dwar benefiċċji ta’ kura fit-tul għal persuna li ma tkunx assigurata u li teħtieġ l-assistenza. Skont il-każijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, benefiċċji ta’ kura fit-tul għal persuni mhux assigurati u membri tal-familji tagħhom għandhom, fil-prinċipju, jibqgħu jkunu koordinati wara r-regolamenti applikabbli għal benefiċċji ta’ mard. Ir-regolamenti aġġornati jqisu n-natura speċifika ta’ benefiċċji għal kura fit-tul u l-ħtiġiet ta’ persuni attivi u inattivi ekonomikament.
Ħaddiema li jintbagħtu f’pajjiżi barranin
Ħaddiema (inkluż persuni self-employed) li jintbagħtu barra l-pajjiż għal aktar minn 18-il xahar jibqgħu intitolati biex jirċievu l-benefiċċji fl-istat membru fejn min iħaddmu huwa stabbilit, dejjem jekk kienu assigurati hemm għal minn l-inqas tliet snin. L-istituzzjoni kompetenti fl-istat membru minn fejn qed jintbagħat irid ikun notifikat qabel ma l-ħaddiema jintbagħatu barra l-pajjiż.
L-istati membri għandhom jikkooperaw billi jużaw is-sistema tan-notifika ħalli jkun evitat l-abbuż bħal kumpaniji ta’ kaxxi tal-ittri fejn ir-residenza tal-ħaddiem ma tistax tkun stabbilita.