Fl-UE, il-faqar fost it-tfal kien dejjem mifhum bħala fenomenu multi-dimensjonali f’kuntest speċifiku, li jinkludi mhux biss nuqqas ta’ flus u assi, imma wkoll forom oħrajn ta’ ċaħda marbutin mal-iżvilupp ħolistiku tat-tfal, li jolqot lil ħajjithom. 

It-tfal għandhom id-dritt għal ħajja ta’ għajxien adekwata, u li jkunu ħielsa minn ċaħdiet matul l-aspetti kruċjali ta’ ħajjithom inkluż saħħithom, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, il-kura u l-protezzjoni. Fuq livell Ewropew, hemm kunsens wiesa’ u ċar li l-azzjoni hi meħtieġa biex tindirizza l-faqar fost it-tfal u biex tippromwovi l-ħarsien tat-tfal. 

F’dan ir-rigward, l-użu tal-fondi Ewropej (ESF, ERDF, EAFRD u l-FEAD) biex ikun indirizzat il-faqar fost it-tfal hu kkunsidrat importanti, hekk kif l-impenn qawwi tal-Politika ta’ Koeżjoni għal tkabbir inklussiv u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali tirrapreżenta waħda mill-bidliet prinċipali fl-istrateġija addottata matul il-perijodu tal-ipprogrammar 2014-2020. 

L-istudju mwettaq mill-Parlament Ewropew, jipprovdi lista ta’  rakkomandazzjonijiet dwar kif il-faqar fost it-tfal għandu jkun indirizzat fil-perijodu tal-fondi Ewropej wara l-2020.