Direttiva ġdida tal-UE dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli tipprovdi drittijiet tax-xogħol u protezzjoni aktar estensivi u aġġornati lill-182 miljun ħaddiem fl-UE.

Bid-Direttiva, id-drittijiet tax-xogħol u l-protezzjoni huma estiżi u aġġornati għall-forom ġodda ta’ xogħol. Id-Direttiva tiżgura li dawn id-drittijiet ikopru l-ħaddiema fil-forom kollha ta’ xogħol, inklużi dawk fl-aktar forom flessibbli ta’ xogħol mhux standard u ġodda bħal zero-hour contracts, xogħol każwali, xogħol domestiku, xogħol ibbażat fuq vouchers jew xogħol fuq pjattaforma.

Bir-regoli l-ġodda, il-ħaddiema se jkollhom id-dritt għal aktar prevedibbiltà fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, pereżempju rigward dmirijiet u ħin tax-xogħol. Se jkollhom ukoll id-dritt li jirċievu informazzjoni f’waqtha u aktar kompleta dwar l-aspetti essenzjali tax-xogħol tagħhom, bħall-post tax-xogħol u r-remunerazzjoni.

Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva l-ġdida jinkludu wkoll dispożizzjonijiet immirati dwar l-infurzar, biex jiġi żgurat li l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ikunu jistgħu jibbenefikaw b’mod effettiv minn dawn id-drittijiet.

Dan jimmarka pass importanti għal Ewropa soċjali b’saħħitha u jikkontribwixxi biex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jinbidel f’realtà tanġibbli għal miljuni ta’ ħaddiema fl-UE.

Sir af aktar dwar din id-Direttiva hawn.