Il-mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) appoġġja b’suċċess lill-istati membri biex isalvaw il-ħajjiet, inkluż matul il-kriżi tal-COVID-19, permezz tal-koordinazzjoni u l-assistenza tal-isforzi tal-protezzjoni ċivili. Tagħmir mediku bħal ventilaturi, tagħmir protettiv personali, vaċċini u terapiji u provvisti tal-laboratorju ġie akkwistat ukoll permezz tar-rescEU biex jappoġġja s-servizzi tas-saħħa nazzjonali matul il-pandemija. Din il-ġimgħa, intuża biex tingħata aktar għajnuna lir-rifuġjati f’Lesvbos wara n-nirien fil-kamp tar-rifuġjati f’Moria. 

 Madankollu, il-pandemija wriet ukoll li, meta ħafna Stati Membri jintlaqtu simultanjament mill-istess emerġenza, il-mod kif tiġi stabbilita l-ġestjoni attwali tal-kriżi għandu l-limiti tiegħu. Il-Parlament għalhekk irid isaħħaħ ir-rwol tal-UE permezz tar-rescEU biex jiżgura li l-Istati Membri ma jkollomx jiddependu fuq assi proprji u appoġġ volontarju meta jittrattaw tali emerġenzi.  

Jeħtieġ li jkun hemm aktar finanzjament tal-UE u li dan ikun trasparenti 

 Fin-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-baġit tal-UE u l-fond ta’ rkupru, il-Parlament appoġġja ż-żieda sinifikanti fil-baġit propost mill-Kummissjoni. 

 Il-Parlament, madankollu, irid li jiġi allokat ammont ferm akbar għall-isforzi ta’ tħejjija, inkluż għax-xiri ta’ tagħmir, materjal u riżorsi ġodda meħtieġa għar-rescEU biex ikunu jistgħu jassistu aħjar lill-Istati Membri meta l-kapaċitajiet nazzjonali jkunu mġebbda żżejjed. Dan għandu jagħmilha possibbli li jkun hemm rispons rapidu u effettiv għal emerġenzi fuq skala kbira jew għal avvenimenti li rarament iseħħu iżda li jkollhom impatt kbir, inklużi emerġenzi mediċi bħall-COVID-19. 

 Biex ikun hemm aktar trasparenza dwar l-użu tal-finanzjament tal-UE, il-MPE jridu wkoll li jiġi speċifikat kif il-flus jiġi allokat fit-tliet pilastri tal-mekkaniżmu: il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons. 

 Tista’ tara l-filmat tad-dibattitu hawnhekk.