Il-MPE jgħidu li definizzjonijiet komunikriterji u metodoloġiji tas-saħħa huma essenzjali biex tiġi miġġielda l-pandemija li għaddejja bħalissa u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha fl-UE. 

Imħassba biż-żieda reċenti fil-każijiet pożittivi tal-COVID-19 madwar l-Ewropa, il-MPE ddeploraw li l-Istati Membri ma ħadux il-lezzjonijiet mill-bidu tal-kriżi u reġgħu ħadu miżuri differenti u mhux koordinati. 

F’roluzzjoni adottata b’595 vot favur, 50 kontra u 41 astensjoni nhar il-Ħamis, huma indikaw in-nuqqas ta’ metodoloġija armonizzata użata biex jinġabar u jiġi evalwat l-għadd ta’ persuni infettati, li jwassal għal valutazzjonijiet tar-riskju għas-saħħa u restrizzjonijiet differenti tal-moviment liberu għal persuni li jivvjaġġaw minn pajjiżi oħra tal-UE. 

Waradibattitu mal-Kummissarju Didier Reynders u l-Ministru Michael Roth tal-presidenza Ġermaniża, il-Parlament iħeġġeġ lill-Istati Membri biex: 

  • jadottaw l-istess definizzjoni għal każ pożittiv ta’ COVID-19, għal mewt bil-COVID-19 u għall-irkupru mill-infezzjoni, 
  • jirrikonoxxu reċiprokament ir-riżultati tat-testijiet fl-Istati Membri kollha, 
  • jaqtaw il-ħinijiet sproporzjonati ta’ stennija għat-testijiet 
  • jistabbilixxu perijodu komuni ta’ kwarantina, 
  • Jikkoordinaw ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar meta jkun meħtieġf’konformitàmal-proposta tal-Kummissjoni u 
  • jiddiskutu kif wieħed jista’ jerġa’ lura għal żona Schengen li tiffunzjona bis-sħiħmingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u pjanijiet ta’ kontinġenzamalajr kemm jista’ jkun. 

 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għandu jkun inkarigat mill-valutazzjoni tar-riskju tat-tixrid tal-virus u mill-pubblikazzjoni ta’ mappa tar-riskju aġġornata kull ġimgħa (għal kull reġjun), bl-użu ta’ kodiċi komuni tal-kuluriabbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membrijgħidu l-MPEsIr-riżorsi u l-persunal tiegħu għandhom jiżdiedu immedjatament. 

 

L-użu ta’ apps ċari għat-traċċar irid jitħeġġeġ 

Ir-riżoluzzjoni titlob lill-Kummissjoni tiżviluppa formola armonizzata ta’ lokalizzatur tal-passiġġieri biex tinbena l-fiduċja fis-sistema ta’ monitoraġġ fl-UE kollha. L-użu ta’ apps għat-traċċargħandu jitħeġġeġskont il-MPE, li jistennew li s-sistemi nazzjonali jkunu interoperabbli sa Ottubrubiex jippermettu t-traċċar madwar l-UE tal-COVID-19. Huma jenfasizzaw li dawn l-apps iridu joperaw f’konformità sħiħa mar-RegolamentĠenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.