It-tisħiħ tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
L-Unjoni Ewropea tagħti importanza kbira lill-politika soċjali ugwali u tfittex li tassigura li l- ħaddiema jkunu trattati b’mod ġust u uman madwar is-setturi ekonomiċi kollha. Il-kunċetti ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi huma essenzjali biex ikun assigurat trattament ġust, u t-tnejn imorru lil hinn biex ħajjet il-ħaddiema titjieb b’modi differenti.
Bħala parti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, immirat biex jappoġġja s-swieq tax-xogħol, l-Inizjattiva tal-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja tfittex li tindirizza l-isfidi tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja li qed jiffaċċjaw ġenituri li jaħdmu u dawk li jieħdu ħsieb l-ulied. Tfittex li tinkoraġġixxi l- qsim aħjar tar-responsabbiltajiet tal-ħarsien bejn l-irġiel u n-nisa, permezz ta’ inizjattivi bħall- introduzzjoni tal-leave tal-paternità u l-leave tal-carers.
Dawn l-inizjattivi huma wkoll essenzjali biex jippromwovu l-bilanċ bejn is-sessi u l-ugwaljanza u dan billi jkun inkoraġġit il-qsim aħjar ta’ responsabbiltajiet tal-ħarsien bejn in-nisa u l-irġiel. B’dan il-mod ikun qed jonqos il-piż li jiffaċċjaw ħafna nisa.
Addizzjonalment, il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem lejn aċċess ugwali fis-suq tax-xogħol permezz tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. It-trasparenza tal-ħlas hija waħda mill- proposti li tħares biex tassigura li n-nisa u l-irġiel jitħallsu ndaqs għall-istess xogħol li jagħmlu.