Minn Ottubru 2022, meta s-servizz tal-karozzi tal-linja sar bla ħlas, il-poplu ħallas €32 miljun f’sussidju. Ir-raġuni wara din id-deċiżjoni kienet ċara: li jiġi inċentivat użu akbar tal-karozzi tal-linja, biex b’hekk titnaqqas id-dipendenza fuq karozzi privati u tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku. Madankollu, issa li għaddew 15-il xahar, jidher biċ-ċar li dan l-iskop ma ntlaħaqx.

Bla dubju, kien hemm żieda fil-passiġġieri li jużaw tal-linja, iżda t-tnaqqis mixtieq fil-konġestjoni tat-traffiku ma seħħx. Fattur kruċjali li jikkontribwixxi għal din id-diskrepanza huwa ċ-ċaqliq demografiku ta’ dawk li jużaw il-karozzi tal-linja. Iż-żieda fil-passiġġieri ġiet prinċipalment mill-persuni barranin. Filwaqt li m’hemm xejn ħażin f’dan, joħroġ il-fatt li din l-istrateġija falliet għax ma wasslietx biex il-Maltin jgħażu li lużaw tal-linja flok il-karozza tagħhom.

F’dan il-kuntest, huwa importanti  li nistaqsu kemm jagħmel sens li nkomplu ninvestu miljuni fi skema li ftit li xejn tat benefiċċji. Filwaqt li dawk favur għandhom argument meta jgħidu li s-servizzi tal-karozzi tal-linja b’xejn iħaffu l-piż finanzjarju fuq iċ-ċittadini, partikolarment f’sitwazzjoni fejn il-ħajja qed togħla ħafna, jibqa’ l-fatt li l-mira prinċipali li titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku ma ntlaħqitx. Dan in-nuqqas huwa aggravat miż-żieda kontinwa fil-popolazzjoni, minħabba l-problema tal-konġestjoni qegħda tkompli tiżdied.

Wasal iż-żmien li nħarsu mill-ġdid lejn il-policies tat-trasport tagħna. Billi sempliċiment nagħmlu s-servizzi tal-karozzi tal-linja b’xejn mhuwiex biżżejjed biex iwassal għal bidla. Hemm bżonn strateġija aktar komprensiva, waħda li tindirizza mhux biss l-ostakli finanzjarji iżda tinkorpora wkoll miżuri biex tinċentiva għażliet ta’ trasport sostenibbli u timmaniġġja t-tkabbir urban b’mod effettiv.

L-investiment fl-infrastruttura tat-trasport pubbliku, it-titjib tal-kwalità tas-servizz, u l-promozzjoni ta’ modi alternattivi ta’ trasport bħar-rota u l-mixi huma biss ftit toroq potenzjali biex jiġu esplorati. Sadanittant, il-proposta tal-metro tidher li għebet għal kollox. Sfortunatament, iktar kemm qed jgħaddi ż-żmien qed jidher aktar minn qatt qabel li din il-proposta kien biss gimmick politika ta’ qabel l-elezzjoni.

Filwaqt li l-intenzjoni li s-servizz tal-karozzi tal-linja ikun mingħajr ħlas kienet tajba, l-evidenza qed turi li ma l-għanijiet maħsuba ma ntlaħqux. Dawk li jfasslu l-politika għandhom jagħtu prijorità lil soluzzjonijiet li jagħtu riżultati tanġibbli u jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-konġestjoni tat-traffiku u d-degradazzjoni ambjentali. Wasal iż-żmien li naħsbu mill-ġdid l-istrateġija tagħna għall-ippjanar tat-trasport u ninvestu f’miżuri li jippromwovu l-mobilità sostenibbli għal kulħadd.

Is-servizz tal-karozzi tal-linja b’xejn – Irnexxa jew le?