Filwaqt li r-responsabbilta’ prinċipali għas-Saħħa u s-Sigurta’ Soċjali tiddependi primarjament fuq il-gvernijiet u l-istati membri individwali tal-Unjoni Ewropea, l-UE tikkumplimenta l-policies nazzjonali, speċjalment dawk li għandhom dimensjoni bejn fruntiera u oħra. 

Fi stħarriġ riċenti li sar għall-Parlament Ewropew, aktar minn żewġ terzi taċ-ċittadini Ewropej esprimew appoġġ għal żieda fl-azzjoni mill-UE dwar is-saħħa u s-sigurta’ soċjali. Il-politika tal-UE dwar is-saħħa timmira li trawwem saħħa tajba, tipproteġi liċ-ċittadini minn theddid fis-saħħa u tappoġġja sistemi dinamiċi tas-saħħa. Hi aktar implimentata permezz ta’ programmi ta’ azzjoni tal-UE, bl-aħħar wieħed riċenti jkun it-tielet programm dwar is-saħħa (2014-2020). 

L-isfidi jinkludu l-ħtiġiet  tas-saħħa ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u t-tnaqqis fl-inċidenza ta’ mard kroniku li jista’ jiġi evitat. Sa mill-2014, saru avvanzi f’numru ta’ oqsma, fosthom r-reżistenza kontra l-mikrobi; l-obesita’ fit-tfal, sistemi tas-saħħa, apparat mediku u t-tilqim. Azzjoni Ewropea dwar kwistjonijiet ta’ sigurta’ soċjali fl-UE hi relatata mill-qrib mal-implimentazzjoni ta’ dak li hu magħruf bħala l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll ma’ żviluppi fis-suq tax-xogħol. 

L-UE tgħin biex tippromwovi l-għaqda soċjali, u tfittex biex trawwew l-ugwaljanza kif ukoll is-solidarjeta’ permezz ta’ sistemi għall-ħarsien soċjali adekwati, aċċessibbli u finanzjament sostenibbli kif ukoll policies ta’ inklużjoni soċjali. In-nefqa Ewropea dwar is-sigurta’ soċjali hi marbuta ma’ miżuri fis-suq tax-xogħol. Il-progress jista’ jiġi osservat fuq kwistjonijiet bħalma huma l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u l-opportunitajiet indaqs, iżda hemm aktar xi jsir. Fil-futur, skemi ta’ protezzjoni soċjali jridu jkunu addattati iżjed mar-realtajiet ġodda tas-suq tax-xogħol (inqas impjiegi fil-manifattura, kuntratti atipiċi, platform work, eċċ.). 

Fil-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju multi-annwali, il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana li ssaħħaħ il-fondi billi ttejjeb l-opportunitajiet tax-xogħol tal-ħaddiema, u ssaħħaħ l-għaqda  soċjali permezz tat-tkabbir fil-Fond Soċjali Ewropew Plus. Il-fond ukoll se jinkludi l-finanzi għall-programm waħdieni dwar is-saħħa, bl-iskop li joħloq is-sinerġiji mal-inizjattivi l-oħrajn tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali: opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar; u l-protezzjoni soċjali  u l-inklużjoni.